This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0449
Case T-449/17: Action brought on 18 July 2017 — Sevenfriday v EUIPO — Seven (SEVENFRIDAY)
Kawża T-449/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)
Kawża T-449/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)
ĠU C 300, 11.9.2017, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/35 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)
(Kawża T-449/17)
(2017/C 300/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sevenfriday AG (Zürich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini u G. Bellomo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SEVENFRIDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 500 533
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2292/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell ippreżentat minn Sevenfriday AB mid-deċiżjoni B252649 tal-10 ta’ Ottubru 2016 u konsegwentement tippermetti li l-applikazzjoni Nru 16500533 tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea. |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka sa fejn il-prodotti fil-klassi 9 huma kkonċernati. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |