Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0448

    Kawża T-448/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/35


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

    (Kawża T-448/17)

    (2017/C 300/43)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sevenfriday AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini u G. Bellomo, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SEVENFRIDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 915 021

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2291/2016-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet l-appell ippreżentat minn Sevenfriday AG kontra d-Deċiżjoni B2400482 tas-7 ta’ Ottubru 2016 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 1105144;

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top