Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0093

    Kawża C-93/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Karattru unitarju — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9(1)(b) u (c) — Protezzjoni uniformi tad-dritt mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontra probabbiltajiet ta’ konfużjoni u kontra ħsarat għar-reputazzjoni — Koeżistenza paċifika ta’ din it-trade mark ma’ trade mark nazzjonali użata minn terz f’parti mill-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ koeżistenza paċifika f’partijiet oħra mill-Unjoni — Perċezzjoni tal-konsumatur medju — Differenzi fil-perċezzjoni li jistgħu jeżistu f’partijiet differenti tal-Unjoni)

    ĠU C 300, 11.9.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 300/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, SL

    (Kawża C-93/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Karattru unitarju - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) u (c) - Protezzjoni uniformi tad-dritt mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontra probabbiltajiet ta’ konfużjoni u kontra ħsarat għar-reputazzjoni - Koeżistenza paċifika ta’ din it-trade mark ma’ trade mark nazzjonali użata minn terz f’parti mill-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ koeżistenza paċifika f’partijiet oħra mill-Unjoni - Perċezzjoni tal-konsumatur medju - Differenzi fil-perċezzjoni li jistgħu jeżistu f’partijiet differenti tal-Unjoni))

    (2017/C 300/04)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Alicante

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited

    Konvenuta: Tindale & Stanton Ltd España, SL

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix koeżistenza paċifika bejn din it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u s-sinjal identiku għal din it-trade mark nazzjonali, ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-imsemmija trade mark tal-Unjoni Ewropea u dan is-sinjal.

    2)

    L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elementi li, skont il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita bi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, huma rilevanti għall-evalwazzjoni dwar jekk il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jistax jipprojbixxi, f’parti mill-Unjoni Ewropea li ma hijiex koperta minn dawn il-proċedimenti, l-użu ta sinjal, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni minn din il-qorti sabiex jiġi evalwat jekk dan il-proprjetarju jistax jipprojbixxi l-użu ta’ dan is-sinjal fil-parti mill-Unjoni koperta mill-imsemmija proċedimenti, sakemm il-kundizzjonijiet tas-suq u ċ-ċirkustanzi soċjokulturali ma jkunux differenti b’mod sinjifikattiv f’waħda mill-imsemmija partijiet mill-Unjoni milli fl-oħra.

    3)

    L-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark li għandha reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea u sinjal jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix din il-koeżistenza paċifika, hemm raġuni valida li tilleġittima l-użu ta’ dan is-sinjal.


    (1)  ĠU C 156, 2.5.2016


    Top