This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0566
Case C-566/15: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 18 July 2017 (request for a preliminary ruling from the Kammergericht Berlin — Germany) — Konrad Erzberger v TUI AG (Reference for a preliminary ruling — Free movement of workers — Principle of non-discrimination — Election of workers’ representatives to the supervisory board of a company — National legislation restricting the right to vote and to stand as a candidate to employees of establishments located in the national territory)
Kawża C-566/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – Konrad Erzberger vs TUI AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija — Leġizlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt tal-vot u l-eliġibbiltà unikament għall-ħaddiema ta’ stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali)
Kawża C-566/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – Konrad Erzberger vs TUI AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija — Leġizlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt tal-vot u l-eliġibbiltà unikament għall-ħaddiema ta’ stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali)
ĠU C 300, 11.9.2017, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – Konrad Erzberger vs TUI AG
(Kawża C-566/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija - Leġizlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt tal-vot u l-eliġibbiltà unikament għall-ħaddiema ta’ stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali))
(2017/C 300/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Konrad Erzberger
Konvenuta: TUI AG
fil-preżenza ta’: Vereinigung Cockpit eV, Betriebsrat der TUI AG/TUI Group Services GmbH, Frank Jakobi, Andreas Barczewski, Peter Bremme, Dierk Hirschel, Michael Pönipp, Wilfried H. Rau, Carola Schwirn, Anette Stempel, Ortwin Strubelt, Marcell Witt, Wolfgang Flintermann, Stefan Weinhofer, ver.di – Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-ħaddiema impjegati fl-istabbilimenti ta’ grupp li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ma għandhomx id-dritt tal-vot u d-dritt li joħorġu għall-elezzjonijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza tal-kumpannija omm ta’ dan il-grupp, stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, kif ukoll, skont il-każ, id-dritt li jeżerċitaw jew li jkomplu jeżerċitaw mandat ta’ rappreżentanza f’dan il-bord, meta dawn il-ħaddiema jitilqu mill-impjieg tagħhom f’tali stabbiliment u jiġu impjegati minn sussidjarja li tappartjeni għall-istess grupp stabbilita fi Stat Membru ieħor.