This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XC0902(03)
Publication of an amendment application pursuant to Article 50(2)(a) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
ĠU C 292, 2.9.2017, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/12 |
Pubblikazzjoni ta' talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 292/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA' INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“NÜRNBERGER BRATWÜRSTE”/“NÜRNBERGER ROSTBRATWÜRSTE”
Nru tal-UE: PGI-DE-02191 — 28.9.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Grupp applikant/Applikant:
Schutzverband Nürnberger Bratwürste e.V. |
Am Trödelmarkt 58 |
90403 Nürnberg |
DEUTSCHLAND |
Tel. +49 9119373877 |
Email: info@nuernberger-bratwuerste.de |
Schutzverband Nürnberger Bratwürste e.V. huwa grupp ta' produtturi tan-“Nürnberger Bratwürsten”.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
— |
☐ |
Isem il-prodott |
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Żona ġeografika |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☐ |
Metodu tal-produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta maż-żona ġeografika |
— |
☐ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn (ippakkjar, entitajiet ta' kontroll) |
4. Tip ta' emenda/i
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
(e) Metodu ta' produzzjoni:
Wara l-aħħar paragrafu li ġej
L-istadji kollha fil-produzzjoni ta' “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Dawn huma kif ġej:
— |
it-tqattiegħ f'biċċiet żgħar tal-laħam permezz tal-ixxreddjar u l-ikkapuljar, |
— |
it-taħlit tal-laħam imqatta' żgħir u t-taħlit ma' ħwawar biex jinħoloq il-mili taz-zalzett, |
— |
il-mili tal-imsaren tan-nagħaġ |
jiżdied:
kif ukoll
— |
l-ippakkjar taz-zalzet. |
Raġuni għall-emenda:
L-ippakkar tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” isir b'mod tradizzjonali fl-istabbiliment tal-produttur u għaldaqstant isir fiż-żona ġeografika identifikata. B'mod partikolari l-kwalità taz-zalzett teħtieġ ippakkjar malajr sabiex jibqa' frisk u ma jintilfux il-karatteristiċi tat-togħma. In-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” huwa prodott tal-ikkapuljat sensittiv ħafna b'taħwir partikolarment fin li għandu skadenza relattivament qasira u li jrid jinżamm dejjem imkessaħ. Jekk l-ippakkjar ma jsirx direttament wara l-produzzjoni, il-kwalità tista' tintilef għal kollox. Anki b'trasport konformi mar-rekwiżiti normali ta' iġjene, tista' tintilef il-kwalità taz-zalzett għal dik li hija freskezza, togħma u karatteristiċi esterni, bħal pereżempju jinxef u jsir kannella. It-trasport lejn post ieħor wkoll fih ir-riskju kbir li jidħlu l-impuritajiet jew li jkun hemm kontaminazzjoni minn aġenti patoġeniċi, speċjalment meta z-zalzett ikun nej. Ir-riżultati ta' żewġ studji minn istituzzjonijiet indipendenti li joperaw fil-qasam tal-ittestjar tal-oġġetti tal-ikel jikkonfermaw li anki ftit sigħat wara li jintbagħtu n-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” bl-ingrossa, jitfaċċaw l-anormalitajiet fil-karatteristiċi tal-kwalitajiet sensorji u mikrobijoloġiċi. Għaldaqstant hemm ir-riskju li dawn il-konsegwenzi negattivi jippersistu jekk l-ippakkjar idum biex isir. Fl-aħħar nett, it-trasport tal-prodott f'post ieħor jista' jkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.
Il-proċess tal-ippakkjar isir fi stadji ta' produzzjoni importanti li huma inklużi fl-ispeċifikazzjoni u z-zlazet li jkunu twal jew qosra żżejjed jitwarrbu. Barra minn hekk isir ukoll kontroll tal-kwalità u kull varjazzjoni fil-kwalità tiġi identifikata minnufih minn persuni kompetenti.
Minħabba t-tip ta' prodott, jekk l-ippakkjar ma jsirx direttament wara l-produzzjoni mill-istabbiliment IĠP innifsu, it-traċċabbiltà u ċ-ċertezza tal-oriġini tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati. Jekk in-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” jinbiegħ sfuż jew bl-ingrossa mbagħad jiġi ppakkjat, ikun hemm riskju li jitħallat ma' zlazet oħrajn simili. Bilkemm wieħed ikun jista' jibqa' jagħraf jekk wara kollox għadux l-oriġinal.
(g) Organu/organi ta' spezzjoni:
L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu aġġornati kif ġej:
Għall-ispezzjonijiet tal-produtturi:
Isem: |
Bayerische Landesanstalt für Landwirtschaft Institut für Ernährungswirtschaft und Märkte |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+49 89178000 |
|||
Faks |
+49 8917800313 |
Għall-verifiki ta' prattiki abbużivi:
Isem: |
Bayerisches Staatsministerium für Umwelt und Gesundheit |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+49 8912610 |
|||
Faks |
+49 8912611122 |
Raġuni għall-emenda:
L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ispezzjonijiet tal-produtturi u għall-verifiki ta' prattiki abbużivi ma kienux aġġornati. Ir-referenza għall-kumpanija “Lacon GmbH” għandha titħassar. Bħalissa fil-Bavarja hemm diversi entitajiet tal-kontroll li huma awtorizzati u li għandhom l-istess setgħat, u l-produtturi jistgħu jagħżlu liema jridu minnhom.
DOKUMENT UNIKU
“NÜRNBERGER BRATWÜRSTE”/“NÜRNBERGER ROSTBRATWÜRSTE”
Nru tal-UE: PGI-DE-02191 — 28.9.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
Zalzett għax-xiwi twil 7-9 cm f'musrana tan-nagħaġ issikkata, imqatta' medju; piż unitarju nej ta' madwar 20-25 g;
Kompożizzjoni:
Laħam tal-majjal b'xi xaħam imneħħi, laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq, xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar, mhux mili, mhux imnixxef (bl-eċċezzjoni ta' Bratwürste ffumikati); it-taħlita ta' ħwawar tvarja skont ir-riċetta tradizzjonali, il-merdqux speċjalment huwa tipiku; għandu jkun hemm mhux anqas minn 12 % ta' proteina ta' laħam ħieles mill-proteina ta' tessut konnettiv, u kontenut ta' xaħam assolut ta' mhux aktar minn 35 %; il-perċentwali ta' proteina ta' laħam ħieles mill-proteina ta' tessut konnettiv fil-proteina tal-laħam ma tkunx anqas minn 75 % fil-volum (istometrikalment) u mhux anqas minn 80 % (kimikament).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Laħam tal-majjal mingħajr wisq xaħam; Laħam xaħmi, partikolarment majjal taż-żaqq; xaħam taż-żaqq, xedaq, xaħam tax-xedaq, dahar u xaħam tad-dahar tal-majjal; il-kontenut ta' xaħam tal-prodott aħħari huwa limitat għal 35 %; ma għandux ikun hemm anqas minn 12 % ta' proteina ta' laħam ħieles minn proteina ta' tessut konnettiv (MPFCP); taħlita ta' ħwawar, l-aktar merdqux; imsaren tan-nagħaġ.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fil-produzzjoni ta' “Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata. Dawn huma kif ġej:
— |
it-tqattiegħ f'biċċiet żgħar tal-laħam permezz tal-ixxreddjar u l-ikkapuljar, |
— |
it-taħlit tal-laħam imqatta' żgħir u t-taħlit mal- ħwawar biex jinħoloq il-mili taz-zalzett, |
— |
il-mili tal-imsaren tan-nagħaġ. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Anki l-ippakkjar taz-zalzett irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita. L-ippakkjar irid isir direttament wara l-produzzjoni fl-istabbiliment tal-produttur. Dan iservi biex tiġi aċċertata l-kwalità b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi tat-togħma u tal-freskezza tal-prodott, u jnaqqas ir-riskju tal-impuritaijet u l-kontaminazzjoni marbuta mat-trasport lejn post ieħor. In-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” huma prodotti tal-ikkapuljat sensittivi ħafna. Anki b'mezz tat-trasport li jikkonforma mar-rekwiżiti normali tal-iġjene, fi żmien ftit sigħat tista' tintilef għal dejjem il-kwalità tan-“Nürnberger (Rost-)Bratwürsten” mhux ippakkjati.
L-ippakkjar direttament fl-istabbiliment tal-produttur jiżgura wkoll aktar traċċabilità u ċertezza tal-oriġini. Jekk in-“Nürnberger (Rost-)Bratwürste” jinbiegħ sfuż jew bl-ingrossa mbagħad jiġi ppakkjat wara, wieħed bilkemm ikun jista' jibqa' jagħraf jekk wara kollox għadux l-oriġinal.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-belt ta' Nuremberg.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-produzzjoni tal-Bratwürste f'Nuremberg hija tradizzjoni ta' mijiet ta' snin li hemm provi x'juru li tmur lura għall-1313. It-tqaddid tipiku fit-tul u fil-piż tan-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” imur lura mill-anqas għas-sena 1573. Il-pożizzjoni ta' Nuremberg fl-intersezzjoni ta' żewġ rotot importanti tal-kummerċ wasslet biex f'Nuremberg minn żmien bikri kien hemm disponibbiltà ta' ħwawar mil-Lvant għall-produzzjoni taz-zalzett.
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-Bratwurst fiż-żona tal-belt ta' Nuremberg għadha ħajja ħafna s'issa. In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” kienu apprezzati ħafna minn Goethe u Jean Paul, pereżempju. Il-“Bratwurst-Glöcklein” fiż-żona ta' St. Sebald kienet waħda mid-djar pubbliċi l-aktar famużi fil-Ġermanja tas-seklu 19; ma kinitx miftuħa biss għall-aristokratiċi u l-plutokrati, iżda kienet ukoll waqfa essenzjali għal kull min kien iżur il-belt.
Speċifiċità tal-prodott
In-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” huma kkaratterizzati mill-għamla żgħira tagħhom mhux tas-soltu u mill-ħjiel tal-merdqux. Huma konformi ma' standard ta' kwalità għolja li ilu kkontrollat għal ħafna żmien, huma magħrufin lil hinn sewwa mir-reġjun ta' Nuremberg u għandhom fama tajba ħafna mal-konsumaturi.
Dan huwa rifless fil-fatt li programm standard ta' żjara lill-belt illum jinkludi l-konsum tan-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” f'wieħed mill-ħafna “Bratwurstküchen” jew “Wurstbratereien” fiċ-ċentru tal-belt ta' Nuremberg.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott
It-tradizzjoni ta' mijiet ta' snin tal- produzzjoni tal-Bratwurst f'Nuremberg, l-istandard ta' kwalità għolja li ilu jiġi kkontrollat għal ħafna żmien, u l-għamla żgħira mhux tas-soltu għamlu lill-“Nürnberger Bratwürste”/“Nürnberger Rostbratwürste” magħrufa u apprezzati ħafna mal-Ġermanja kollha u mad-dinja.
L-ispeċjalità ħarġet fil-Belt Imperjali ta' Nuremberg bħala riżultat tal-pożizzjoni ġeografika tagħha fl-intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-kummerċ u l-ħwawar mill-Asja tal-Lvant. Minn hawn oriġinaw ħwawar bħall-merdqux, in-noċemuskata u l-bżar. Kienet id-disponibbiltà ta' dawn il-ħwawar mill-Asja li ppermettiet li tinbeda l-produzzjoni ta' dawn iz-zlazet. Minħabba li Nuremberg kienet belt b'ħafna kummerċ fuq distanzi twal u b'għadd ta' tradizzjonijiet moderni raffinati, kien isir zalzett dejjem iżgħar, aktar raffinat u mħawwar aħjar, li maż-żmien sar il-famuż “Nürnberger Bratwürste”. Bil-kontra taż-żoni fil-kampanja, sa mill-bidu l-belt saħqet aktar fuq il-kwalità. Filwaqt li l-kwantità kienet minn ta' quddiem band'oħra, il-prinċipju li fuqu ssawret il-produzzjoni f'Nuremberg kien dak tal-kwalità qabel il-kwantità, u kien dan li ġab miegħu d-daqs żgħir taz-zlazet.
L-osservanza tar-riċetta u tal-kwalità jmorru lura għar-regoli ta' superviżjoni tal-kunsill tal-belt ta' Nuremberg. Nuremberg tista' bir-raġun tgħid li għandha l-iktar skema antika ta' kontroll tal-oġġetti tal-ikel, li tissemma fil-kodiċi penali sa mill-1300. Bil-pubblikazzjoni tar-riċetta, b'eżerċizzju strett ta' superviżjoni u bir-restrizzjoni tal-produzzjoni għaż-żona tal-belt, il-belt ta' Nuremberg għenet biex ikun żgurat li l-karattru taz-zalzett ikun indikazzjoni tal-oriġini tiegħu. Huwa għalhekk li r-rabta maż-żona ġeografika fil-bidu kienet ibbażata fuq il-pożizzjoni ġeografika tagħha bħala intersezzjoni ewlenija tar-rotot tal-ħwawar u tal-kummerċ, u fuq l-introduzzjoni bikrija tas-superviżjoni tal-oġġetti tal-ikel. B'hekk il-pożizzjoni ġeografika u l-kontroll tal-oġġetti tal-ikel, u għaldaqstant tar-riċetta, irriżultaw fil-kwalità partikolari taz-zalzett. Il-belt imperjali bin-netwerk estensiv tagħha ta' kummerċ mad-dinja kollha ġabet speċjalità li kienet magħrufa ħafna mill-Medju Evu 'l quddiem. Illum ir-rabta hija bbażata fuq il-fama li tgawdi din l-ispeċjalità li tradizzjonalment hija apprezzata mad-dinja kollha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41217
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.