Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8460

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8460 — Peugeot/BNP Paribas/Opel Vauxhall Fincos) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 223, 12.7.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/4


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8460 — Peugeot/BNP Paribas/Opel Vauxhall Fincos)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 223/06)

    1.

    Fl-4 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Peugeot SA (“PSA”, Franza) u BNP Paribas (“BNPP”, Franza) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tas-sussidjarji u l-fergħat finanzjarji Ewropej tal-General Motors (“Fincos”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   PSA: Kumpanija kkwotata fil-borża li għandha l-kwartieri ġenerali fi Franza, attiva mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi ta’ tliet ditti — Peugeot, Citroën u DS. Permezz tas-sussidjarja li tagħha hija proprjetarja, Banque PSA Finance, PSA toffri self u kirjiet għax-xiri ta’ vetturi tal-PSA u self lid-dealers tal-karozzi tal-PSA.

    —   BNPP: kumpanija kkwotata fil-borza li għandha l-kwartieri ġenerali fi Franza, attiva mad-dinja kollha f’operazzjonijiet bankarji u servizzi għall-konsumatur kif ukoll servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali. Permezz tas-sussidjarja BNPP Personal Finance li hija proprjetà tagħha, BNPP toffri firxa sħiħa ta’ prodotti ta’ kreditu personali fil-punti tal-bejgħ, dealerships tal-karozzi u direttament lill-konsumaturi, kif ukoll offerti tal-assikurazzjoni u t-tfaddil f’xi pajjiżi.

    —   Fincos: 23 entità fi Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit, in-Netherlands, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera li jikkostitwixxu n-negozju tal-finanzjament ta’ Opel u Vauxhall, u joffru soluzzjonijiet ta’ finanzjament tal-karozzi u servizzi relatati, l-aktar għal dealers tal-karozzi u l-klijenti ta’ vetturi tal-marka Opel/Vauxhall.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8460 — Peugeot/BNP Paribas/Opel Vauxhall Fincos, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top