EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0629(03)

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

C/2017/4541

ĠU C 205, 29.6.2017, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/56


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 205/07)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta‘ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 208

It-test:

4418 90 10

Injam laminat bil-kolla

‘Ara n-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, it-tielet paragrafu.’

4418 90 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-pannelli tal-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, ir-raba‘ paragrafu.”

jinbidel b’dan it-test:

4418 99 10

Injam laminat bil-kolla

‘Ara n-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, ir-raba’ paragrafu.’

4418 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-pannelli tal-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta‘ Spjega tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 4418, il-ħames paragrafu.”

Fil-paġna 215

Jitneħħa dan it-test:

4805 91 00

Jiżnu 150 g/m2 jew inqas

Din is-subintestatura tinkludi l-karta u l-kartun magħmulin għalkollox mill-karta rkuprata (skart u fdal), mingħajr addittivi u b’indiċi ta‘ żbroff ta‘ 0,8 kPa jew iżjed iżda mhux aktar minn 1,9 kPa.

4805 92 00

Jiżnu aktar minn 150 g/m2 iżda inqas minn 225 g/m2

In-Noti ta‘ Spjega għas-subintestatura 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

4805 93 20

Magħmulin mill-karta rkuprata

In-Noti ta‘ Spjega għas-subintestatura 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.”

Fil-paġna 342

Jitneħħa dan it-test:

8529

Partijiet tajbin biex jintużaw biss jew l-aktar mal-apparat tal-intestaturi 8525 sa 8528

Din l-intestatura ma tinkludix it-trepiedi li jintużaw mal-kameras tal-intestatura 8525 jew il-Kapitolu 90 (klassifika skont il-materjal kostitwenti tagħhom).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 at-23 ta‘ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta‘ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Top