This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0617(03)
Commission Implementing Decision of 16 June 2017 on the publication in the Official Journal of the European Union of a request for amendment of a specification for a name in the wine sector referred to in Article 105 of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council [Méntrida (PDO)]
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Méntrida (DOP))
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Méntrida (DOP))
C/2017/4086
ĠU C 194, 17.6.2017, p. 41–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/41 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ġunju 2017
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Méntrida (DOP))
(2017/C 194/07)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Spanja ressqet applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida”, skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huma ssodisfati. |
(3) |
Sabiex id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni jkunu jistgħu jsiru skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida” jeħtieġ li tiġi pppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Méntrida” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-artikolu jingħata għal xahrejn li jibdew jiskorru mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
ANNESS
“MÉNTRIDA”
AOP-ES-A0047-AM03
Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: il-15 ta’ Lulju 2015
Applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni
1. Regoli applikabbli għall-emenda
Artikolu 105 - Emenda mhux minuri
2. Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-emenda
2.1. Deskrizzjoni tal-prodott
Minħabba d-domanda fis-swieq u tal-konsumaturi bħalissa, jinħtieġ li jiġi inkluż l-inbid frizzanti abjad, rosé u aħmar fl-ispeċifikazzjoni, sabiex:
— |
Parti mill-produzzjoni tiġi diretta lejn tip ta’ suq li huwa inqas saturat b’dan it-tip ta’ prodotti. |
— |
Qed tiġi osservata żieda fil-bejgħ ta’ dawn il-prodotti u nikkunsidraw li dan huwa l-mument opportun biex dawn jiġu protetti permezz ta’ standards ta’ kwalità differenzjata. |
— |
Is-swieq internazzjonali jeħtieġu dejjem iktar diversifikazzjoni tal-prodotti u li dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumatur. Jekk ma niddiversifikawx, ma nkunux kompetittivi u, għalhekk, ġie deċiż li titwessa’ r-rappreżentanza tal-prodotti fi ħdan il-firxa u l-prezzijiet kollha, l-aktar ta’ dawk li huma intenzjonati għall-esportazzjoni. |
2.2. Prattiki enoloġiċi użati
Qed jiġu stabbiliti prattiki enoloġiċi speċifiċi ġodda għall-“inbid frizzanti”, it-tip il-ġdid ta’ prodott tal-inbid.
2.3. Delimitazzjoni taż-żona ġeografika
F’dan il-paragrafu, qed jintalab l-aġġornament tas-17-il muniċipalità taż-żona ta’ produzzjoni, li huma: Argés (il-poligoni 3 u 5 biss), Cardiel de los Montes, Carpio del Tajo (El), Carriches, Cazalegas, Erustes, Garciotún, Guadamur (il-poligoni 17 u 18 biss), Illán de Vacas, Lominchar, Mata (La), Mesegar, Nuño Gómez, Olías del Rey, Palomeque, San Martín de Pusa u Talavera de la Reina.
Dawn il-muniċipalitajiet hemm bżonn li jiġu aġġornati minħabba li fil-bidu ma kellhomx il-pjantaġġjuni tad-dwieli u allura ma ġewx inkorporati fl-istandards tal-produzzjoni stabbiliti tal-bidu nett. Xi wħud minn dawn il-muniċipalitajiet kienu diġà ssemmew fiż-żona ta’ produzzjoni definita fir-Regolamenti tad-denominazzjoni ta’ oriġini ppubblikati fl-1966, l-1976 u l-1992 u dawn is-17-il muniċipalità ġeografikament jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni definita u għandhom fruntieri komuni.
Bħalissa hemm pjantaġġjuni tad-dwieli ta’ varjetajiet awtoktoni taż-żona, awtorizzati fl-ispeċifikazzjoni tad-DOP Méntrida u, kif intwera għal dawn il-muniċipalitajiet kollha, kemm il-ħamrija u kif ukoll il-klima tagħhom huma simili għal dawk tal-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona; għalhekk, jista’ jiġi kkunsidrat li l-muniċipalitajiet imsemmija jagħmlu parti miż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP Méntrida.
Il-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-varjetajiet ta’ dawn il-muniċipalitajiet li jeħtieġ li jiġu aġġornati, huma simili għal dawk li diġà jikkostitwixxu ż-żona ta’ produzzjoni ta’ din id-denominazzjoni tal-oriġini.
2.4. Rabta
Qed tiġi stabbilita rabta ġdida għall-“inbid frizzanti”, it-tip il-ġdid ta’ prodott tal-inbid.
2.5. L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ta’ kontroll
L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-emenda huma indikati kif ukoll il-ħolqa għas-sit web biex wieħed ikun jaf min huma l-awtoritajiet ta’ kontroll aġġornati tad-DOP Méntrida.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Méntrida (es)
2. Tip ta’indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. |
Inbid frizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Inbid abjad mhux misjur u inbid abjad mhux misjur “Roble”
L-inbejjed bojod huma ta’ lewn isfar pallidu/lewn it-tiben, possibbilment bi sfumaturi ħadranin (matul l-ewwel xhur u li wara jisparixxu), bi lwien dehbin sottili skont il-varjetà u, jekk ikun il-każ, iż-żmien li jieħdu biex jimmaturaw fil-bettija. L’aromi huma nodfa u ta’intensità medja jew qawwija. L’aromi tal-frott huma enfasizzati b’noti ta’ fjuri friski jew erbaċej. L-aromi dominanti fl-inbid abjad “Roble” jfakkru fil-pastiċċerija bil-krema u kemmxejn fit-togħma ta’ xiwi. Għandhom togħma tajba u aromatika.
Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
11 |
L-aċidità totali minima: |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
Inbid abjad, inbid abjad “Roble”, inbid nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu
Fażijiet viżivi u olfattivi simili għal dawk ta’ nbejjed mhux misjura tal-istess varjetà.
Il-fażi gustattiva: inbid bbilanċjat meta wieħed iqis il-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut taz-zokkor residwu.
Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
9 |
L-aċidità totali minima: |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
Inbid rosé mhux misjur, nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu
Lewn il-frawli jgħajjat u jleqq, b’riflessi ħomor kardinali meta jkun għadu ma mmaturax. Aroma qawwija, li tfakkar fil-frawli, fil-lampun, fil-frott artab u/jew fil-petali tal-ward.
Frisk u b’togħma ta’ frott (frott artab, frawli, lampun), tajba u qawwija.
Inbejjed ikkummerċjalizzati mingħajr filtrazzjoni jew stabilizzazzjoni fil-fażi viżwali huma ddefiniti bħala “daqsxejn imdardra jew opaka”, filwaqt li fil-fażi tad-dewqan, it-togħma tagħhom tista’ tkun aktar densa u rikka.
Qawwa alkoħolika reali minima għal inbejjed mhux misjura: 11,5 % vol.
Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
9 |
L-aċidità totali minima: |
5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
Inbid aħmar u nbid aħmar mhux matur “Roble”, inbid aħmar mhux misjur u nbid aħmar “Crianza”, “Reserva” u “Gran Reserva”
Titrazzjoni għolja. Lewn iċ-ċirasa, granata skura jew aħmar amarena, bi sfumaturi vjola jleqqu fit-tarf jew aħmar tar-rubini li jkanġi fl-aħmar taċ-ċirasa, imtektek bl-oranġjo u t-terrakotta. B’togħma ta’ frott (tut, ribes), jew bi ħjiel ta’ fjuri, xi minn daqqiet imħawra jew tal-bosk. Inbid b’togħma tajba u aromatiku, bit-tannini integrati sew. Sakemm jinżamm ġol-bettija tal-ballut, għandu togħma qawwija għall-palat; għandu struttura u palat tajbin, u jħalli togħmiet qawwija ta’ frott u ħjiel tal-imsaġar li huma karatteristiċi tal-injam. Iħalli wkoll togħma kemxejn morra, li ddum u intensa.
* Aċidità volatili li possibbilment teċċedi l-1 meq/l għal kull grad ta’ alkoħol ogħla minn 11 % vol. u kull sena tal-maturazzjoni sa massimu ta’ 16,6 meq/l. * Id-diossidu tal-kubrit: 200 mg/l meta z-zokkor ikun > 5 g/l.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
12 |
L-aċidità totali minima: |
4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
150 |
Inbid aħmar mhux matur u nbid aħmar mhux matur “Roble”, inbid nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu
Fażijiet viżivi u olfattivi simili għal dawk ta’ nbejjed mhux misjura tal-istess varjetà.
Il-fażi gustattiva: inbid bbilanċjat meta mqabbel mal-qawwa alkoħolika, l-aċidità u l-kontenut taz-zokkor residwu.
Id-diossidu tal-kubrit totali: se jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
9 |
L-aċidità totali minima: |
4,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
Inbid frizzanti aħmar, abjad u rosé
Bżieżaq fini persistenti. B’togħmiet ta’ frott u nodfa. L-inbid “Reserva” fih togħmiet qawwija. Huwa nbid ibbilanċjat fil-ħalq, u bi struttura faċli għall-palat.
L-inbejjed bojod għandhom ħjiel pallidi tad-deheb li huma mdehbin fil-każ tal-inbejjed “Reserva”. L-inbejjed rosé għandhom tonalitajiet roża li jfakkruk fil-petali tal-ward u fit-terrakotta fil-każ tal-inbejjed “Reserva”. L-inbejjed ħomor għandhom tonalitajiet vjola u brillanti u t-tonalitajiet tal-bosk fl-inbejjed “Reserva”.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali:
Il-qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum) |
10 |
L-aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
L-aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
Il-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
185 |
5. Il-prattiki tal-vitikultura
a. Metodi enoloġiċi essenzjali
Pressjonijiet ta’ inqas minn 2,5 kg/cm2 huma applikati biex jiġi estratt il-most u l-inbid u biex jiġi separat mill-karfa tal-għeneb magħsur b’tali mod li l-produzzjoni ma taqbiżx is-70 litru ta’ most jew ta’ nbid għal kull 100 kg tal-ħsad tal-għeneb.
Fl-inbejjed il-bojod, il-mosti, ħielsa mill-partijiet solidi tal-għanqud, jiffermentaw f’temperaturi inferjuri għal 20 °C. Għall-inbejjed il-ħomor, it-tul minimu tal-maċerazzjoni tal-most bil-ġilda huwa ta’ 48 siegħa.
Għall-inbejjed li jeħtieġu l-maturazzjoni, il-fermentazzjoni alkoħolika titwettaq f’temperatura li ma teċċedix it-30 °C. Matul il-proċess ta’ maturazzjoni, jiġu maħżuna fi btieti tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 330 litru.
b. Produzzjoni massima
Pjanti miżbura f’forma ta’ kalċi
7 150 kg għeneb għal kull ettaru
Pjanti miżbura f’forma ta’ kalċi
50 hl għal kull ettaru
Pjanti miżbura fuq kannizzati
12 850 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Pjanti miżbura fuq kannizzati
90 hl għal kull ettaru
6. Żona demarkata
Li tinsab fit-Tramuntana tal-provinċja ta’ Toledo: il-provinċja ta’ Toledo: Albarreal de Tajo, Alcabón, Aldeaencabo, Almorox, Arcicollar, Argés (il-poligoni 3 u 5 biss), Barcience, Bargas, Burujón, Camarena, Camarenilla, Cardiel de los Montes, Carmena, Carpio de Tajo (El), Carranque, Carriches, Casar de Escalona (El), Casarrubios del Monte, Castillo de Bayuela, Cazalegas, Cebolla, Cerralbos (Los), Chozas de Canales, Domingo Pérez, Erustes, Escalona, Escalonilla, Fuensalida, Garciotún, Gerindote, Guadamur (il-poligoni 17 u 18 biss), Hormigos, Huecas, Illán de Vacas, Lominchar, Lucillos, Malpica de Tajo, Maqueda, Mata (La), Méntrida, Mesegar, Montearagón, Nombela, Novés, Nuño Gómez, Olías del Rey, Otero, Palomeque, Paredes, Pelahustán, Portillo, Quismondo, Real de San Vicente, Recas, Rielves, San Martín de Pusa, Santa Cruz del Retamar, Santa Olalla, Talavera de la Reina, Toledo, Torre de Esteban Hambrán (La), Torrijos, Val de Santo Domingo, Valmojado, Ventas de Retamosa (Las), Villamiel, Viso (El) u Yunclillos.
7. Id-dwieli prinċipali
Garnacha Tinta
8. Id-deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet
Inbid
Minħabba l-klima kontinentali estrema, ikkaratterizzata minn xtiewi twal u kesħin, sjuf sħan u ftit li xejn xita, kif ukoll il-ħamrija ramlija, aċida u b’kontenut fqir ta’ ġir, l-inbejjed prodotti għandhom qawwa alkoħolika għolja u kontenut għoli ta’ estratt niexef u fl-istess ħin huma rikki, qawwijin fil-palat u sħan.
Inbid frizzanti
L-ambjent ġeografiku jippermetti l-kultivazzjoni tal-varjetajiet indikati fil-punt 6 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, varjetajiet li jikkontribwixxu għat-togħma bnina u bbilanċjata tal-inbejjed.
Bl-istess mod, in-nixfa u s-sigħat twal ta’ xemx jipproduċu qawwa alkoħolika naturali li tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’qawwiet alkoħoliċi definiti. L-inbejjed msemmija fil-punt preċedenti jintużaw bħala l-inbid ta’ bażi għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti. Għaldaqstant, l-indikazzjonijiet li jinsabu f’dak il-paragrafu huma applikabbli wkoll għal dawn l-inbejjed.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
Qafas legali: —
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: —
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: —
10. Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/20121108_PLIEGO_DOP_MENTRIDA.pdf