This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XC0322(02)
Summary of Commission Decision of 26 July 2016 relating to a proceeding under Article 102 of the Treaty on the Functioning of the European Union and Article 54 of the EEA Agreement (Case AT.39317 — E.ON Gas) (notified under document C(2016) 4764)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Kawża AT.39317 — E.ON Gas) (notifikat bid-dokument C(2016) 4764)
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Kawża AT.39317 — E.ON Gas) (notifikat bid-dokument C(2016) 4764)
ĠU C 89, 22.3.2017, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/24 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-26 ta’ Lulju 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE
(Kawża AT.39317 — E.ON Gas)
(notifikat bid-dokument C(2016) 4764)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2017/C 89/07)
Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni (“id-Deċiżjoni”) li ttemm l-impenji, li kienu saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2010. Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil E.ON SE (“E.ON”), is-sussidjarja indiretta tagħha Uniper Global Commodities SE (“UGC” li tappartjeni lil sussidjarja diretta ta’ E ON's Uniper SE (“Uniper”)) u Open Grid Europe GmbH (“OGE”). |
(2) |
Fl-4 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“id-Deċiżjoni tal-2010”) indirizzata lil E ON (dak iż-żmien E ON AG) inklużi s-sussidjarji tagħha E ON Ruhrgas AG (“E.ON Ruhrgas”, li aktar tard ingħatat l-isem ta’ E.ON Global Commodities u mbagħad saret UGC) u E.ON Gastransport GmbH (“EGT”, li aktar tard ingħatat l-isem ta’ OGE) u għalhekk għamlet legalment vinkolanti l-impenji li offriet E.ON (“l-impenji”) sabiex jiġi eliminat it-tħassib tal-Kummissjoni dwar kompetizzjoni rigward l-aġir ta’ E ON fir-rigward tas-swieq tal-gass fil-Ġermanja (2). |
(3) |
Skont l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni fid-Deċiżjoni tal-2010, il-prenotazzjonijiet ta’ kapaċità fit-trasport tal-gass estensiva fuq is-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass tista’ titqies bħala rifjut li jingħata aċċess għal faċilità bażika li twassal għal esklużjoni ta’ kompetituri fis-swieq ta’ provvista tal-gass. Dan seta’ kien ksur tal-Artikolu 102 TFUE. Għall-bidu, l-Impenji previsti fit-tnaqqis fit-tul tal-prenotazzjonijiet ta’ kapaċità fit-trasport fin-netwerk li f’dak iż-żmien kien proprjetà ta’ E.ON f’miżura ta’ darba billi jħassru ċertu sehem tal-prenotazzjonijiet. Aktar tard, E.ON impenjat ruħha li tnaqqas aktar is-sehem ġenerali ta’ prenotazzjonijiet taħt livell definit sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015. E.ON impenjat ruħha wkoll li tibqa’ taħt dan il-livell għal perjodu ulterjuri ta’ 10 snin mid-data meta laħqet l-ewwel limitu tagħha. |
(4) |
Minħabba li E.ON laħqet l-ewwel limitu fuq terminu twil definit fit-tieni pass tal-Impenji fl-1 ta’ April 2011 għall-ewwel darba, l-Impenji għandhom jibqgħu validi sal-1 ta’ April 2021. |
(5) |
L-iskop ewlieni tal-Impenji kien li jippermettu d-dħul ta’ partijiet terzi fuq is-swieq tal-forniment tal-gass Ġermaniżi - li sa dak iż-żmien kienu kkaratterizzati minn sistema ta’ monopolji tal-provvista lokali u reġjonali — billi jilliberaw kapaċitajiet tat-trasport tal-provvista tal-gass u jiftħu s-swieq tal-forniment tal-gass għall-kompetizzjoni. |
(6) |
Fl-2011, E.ON infurmat lill-Kummissjoni bl-iżvestiment ippjanat tagħha ta’ EGT, li ngħatat l-isem ġdid ta’ Open Grid Europe (OGE). Barra minn hekk, riċentement, E.ON ħabbret li kienet se tkabbar in-negozju tagħha tal-gass bl-ingrossa u kummerċ, li kien responsabbli għall-prenotazzjonijiet tal-kapaċità, f’kumpanija ġdida msejħa Uniper. |
2. IL-PROĊEDURA
(7) |
Permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Ġunju 2016, E.ON talbet it-tmien tal-Impenji bl-argument li seħħet bidla materjali tal-fatti li kienet ibbażata fuqhom id-Deċiżjoni tal-2010 li kienet tippermetti l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003. Barra minn hekk, iċ-ċirkostanzi tas-suq kienu nbidlu tant li l-Impenji ma kienux meħtieġa għall-futur u kienu jiġġustifikaw it-tmiem tal-Impenji. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (ukoll il-“Fiduċjarju”) ta opinjoni li tikkonferma sottomissjoni tal-E.ON. |
(8) |
Il-Paragrafu 24 tal-Impenji jirreferi għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003 għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. Skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament 1/2003, il-“Kummissjoni tista’, fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, terġa’ tiftah il-proċedimenti: a) fejn hemm bidla materjali fi kwalunkwe min dawn il-fatti li fuqhom ġiet ibbażata d-deċiżjoni”. |
(9) |
Kif ser jiġi stabbilit hawn taħt, il-fatti rilevanti li fuqhom id-Deċiżjoni tal-2010 inbidlu b’mod konsiderevoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf li tibdiliet sinifikanti fiċ-ċirkostanzi tas-suq jiġġustifikaw it-terminazzjoni tal-Impenji. |
3. BIDLA MATERJALI TAL-FATTI U Ċ-ĊIRKOSTANZI TAS-SUQ
(10) |
Bidliet importanti meta mqabbel maż-żmien meta ttieħdet id-Deċiżjoni tal-2010 jirrigwardaw id-definizzjoni tas-swieq rilevanti, il-pożizzjoni fis-suq ta’ E. ON dwar dawn is-swieq rilevanti, il-kwota ta’ prenotazzjoni ta’ E. ON u l-ammont ta; kapaċitajiet ta’ trasport liberi kif ukoll il-bidliet regolatorji u l-bidliet fl-imġiba kummerċjali tal-parteċipanti tas-suq. |
Definizzjoni tas-swieq
(11) |
Mill-2010, is-swieq Ġermaniżi tal-bejgħ bl-ingrossa tal-gass esperjenzaw bidliet konsiderevoli li jippermettu għal definizzjonijiet usa’ tas-swieq rispettivi tal-prodott rilevanti kif ukoll tas-swieq ġeografiċi rilevanti. Fir-rigward tas-suq ġeografiku, l-oqsma tas-suq fil-Ġermanja li kienu separati ingħaqdu biex fl-aħħar mill-aħħar jiffurmaw żewġ oqsma tas-suq kbar fil-Ġermanja. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda punti ta’ konġestjoni sinifikanti bejn iż-żewġ oqsma tas-suq sabiex u f’deċiżjonijiet riċenti ġie identifikat suq nazzjonali kemm għas-suq downstream bl-ingrossa kif ukoll għas-suq tal-konsumaturi għall-forniment ta’ klijenti industrijali kbar. Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti, il-bidla ewlenija tikkonċerna l-amalgamazzjoni tas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-gass H- u L-, li ppermettiet li titneħħa din id-distinzjoni anke fis-swieq tal-provvista tal-gass kif kien definit minn awtorità tal-kompetizzjoni Ġermaniża fl-2014. |
Dominanza
(12) |
Dawn il-bidliet fis-swieq tal-forniment tal-gass kif ukoll l-implimentazzjoni komplimentari tal-Impenji wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-pożizzjoni globali tas-suq ta’ E.ON fis-swieq ta’ provvista tal-gass. Is-sehem mis-suq ta’ E.ON fis-suq bl-ingrossa nazzjonali fi grad aktar “l isfel huwa stmat għal [25–35] % u fuq is-suq tal-konsumaturi nazzjonali għall-provvista ta’ klijenti industrijali għal [15–25] %. Jidher improbabbli li E.ON għadha tista” titqies bħala dominanti f’dawn is-swieq. |
(13) |
Mill-iżvestiment tagħha ta’ EGT, E.ON m’għadhiex is-sid tta’ jew tikkontrolla l-infrastruttura tat-trasport tal-gass. Għaldaqstant E.ON ma kellhiex iktar pożizzjoni dominanti fil-forniment tal-kapaċitajiet tat-trasport tal-gass. |
L-ebda riskju ta’ abbuż li jiġġustifika ż-żamma ta’ Impenji
(14) |
Jista’ jiġi eskluż ir-riskju ta’ kwalunkwe abbuż fil-futur tat-tip deskritt fid-Deċiżjoni tal-2010. Dan jirriżulta kemm mill-konformità mal-Impenji minn E.ON kif ukoll miil-bidliet fis-suq li jrendu kwalunkwe mġiba simili minn E.ON jew Uniper mas-sussidjarja tagħha UGC improbabbli fil-futur. |
(15) |
E.ON ma tibqax qrib il-limitu ta’ 54 % (għal gass H- u L- f’daqqa), imma, maż-żmien il-prenotazzjonijiet tagħha naqsu ferm. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li E.ON tista’ tkun viċin il-limitu ta’ prenotazzjoni mill-ġdid fis-snin li ġejjin. |
(16) |
Barra minn hekk, saru bidliet regolatorji u l-principju ta’ “jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel” ta’ riservazzjonijiet tal-kapaċità ġie sostitwit bi proċeduri tal-irkant obbligatorji. Għalhekk, kwalunkwe żieda ta’ kapaċità tkun ir-riżultat ta’ proċedura ta’ rkant kompetittiv. Barra minn hekk, ir-Regolament jillimita s-sehem ta’ prenotazzjonijiet fit-tul. Dan joħloq aktar opportunitajiet għal kompetituri meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2010. |
(17) |
Barra minn hekk, il-parteċipanti fis-suq qed jippreferu dejjem aktar prenotazzjonijiet fil-qosor u hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti tat-trasport. |
4. KONKLUŻJONI
(18) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq ir-riskju ta’ esklużjoni futura minn E.ON permezz ta’ prenotazzjonijiet tal-kapaċità tat-trasport estensivi fit-tul, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-2010 jista’ jitqies bħala eskluż għas-snin li ġejjin. Lanqas ma huwa evidenti li E.ON għadha dominanti fuq is-swieq tal-provvista tal-gass rilevanti. Is-swieq tal-gass Ġermaniżi nfetħu f’dawn l-aħħar snin u ma setgħux jiġu esklużi għal darb’ oħra b’imġiba abbużiva minn E.ON tat-tip deskritt fid-Deċiżjoni tal-2010. Għalhekk l-impenji m’għad baqagħlhom l-ebda skop. |
(19) |
Għaldaqstant, il-valutazzjoni kumplessiva turi li kien hemm bidliet sinifikanti fis-swieq tal-gass kif ukoll fl-istruttura korporattiva ta’ E.ON li l-Kummissjoni tqis bħala bidla materjali tal-fatti skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament 1/2003 u li jippermettu għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf li ċ-ċirkostanzi tas-suq inbidlu b’tali mod li jiġġustifikaw it-tmiem tal-Impenji. |
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/39/317 fil-kawża E ON Gas tal-4 ta’ Mejju 2010.