Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XC0215(02)

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

C/2017/1069

ĠU C 48, 15.2.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/2


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 48/03)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 106, in-nota ta’ spjega sottointestaturi NM ‘2309 10 11 sa 2309 10 90 Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut’ tinbidel b’dan li ġej:

“Dawn is-sottointestaturi jinkludu oġġetti li jomogħduhom il-klieb, preżentati f’għamliet differenti (pereżempju għoqiedi, stikek, eċċ.) u jikkonsistu f’ġilda biż-żieda ta’ sustanzi oħra (bħal-lamtu, iz-zokkor jew il-laħam niexef). Madanakollu, prodotti magħmula minn 100 % ġilda li ma għaddew minn l-ebda tħejjija addizjonali għall-fini tal-għalf huma esklużi (intestatura 4205).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Top