Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 62016CN0524

Kawża C-524/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conte (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs Francesco Faggiano

Informacije o objavljivanju SL-a nisu pronađene., str. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conte (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs Francesco Faggiano

(Kawża C-524/16)

(2017/C 014/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

Konvenut: Francesco Faggiano

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 (1), tal-14 ta’ Ġunju 1971 u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/1998 (2) tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li teskludi li t-talba għal aggregazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali magħmula f’diversi skemi ta’ pensjoni, b’mod partikolari fl-Istat ta’ ċittadinanza u fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, tista’ titressaq minn persuna li diġà tirċievi pensjoni?

2)

L-Artikolu 49(1)(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Taljana li tipprevedi, fl-Artikolu 71 tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000, li talba għal aggregazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali magħmula f’diversi skemi ta’ pensjoni, b’mod partikolari fl-Istat ta’ ċittadinanza u fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, hija limitata favur dawk li għadhom ma kisbu d-dritt għall-pensjoni fl-ebda skema ta’ sigurtà soċjali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-skemi tas-Sigurtà Soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jniżżel il-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 bil-ħsieb li jiġu estiżi sabiex ikopru skemi speċjali għal persuni fis-servizz ċivili (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 3, p. 308).


Vrh