This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0005
P7_TA(2014)0005 Consumer programme 2014-2020 ***I European Parliament legislative resolution of 14 January 2014 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on a consumer programme 2014-2020 (COM(2011)0707 — C7-0397/2011 — 2011/0340(COD)) P7_TC1-COD(2011)0340 Position of the European Parliament adopted at first reading on 14 January 2014 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2014 of the European Parliament and of the Council on a multiannual consumer programme for the years 2014-20 and repealing Decision No 1926/2006/EC
P7_TA(2014)0005 Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD)) P7_TC1-COD(2011)0340 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE
P7_TA(2014)0005 Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD)) P7_TC1-COD(2011)0340 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE
ĠU C 482, 23.12.2016, p. 178–178
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 482/178 |
P7_TA(2014)0005
Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 482/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0707), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0397/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta' Marzu 2012 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0214/2012), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 89.
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 217.
P7_TC1-COD(2011)0340
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 254/2014.)