Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DP0035

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar it-tneħħija u l-ħarsien tal-immunità parlamentari (2013/2031(REG))

    ĠU C 482, 23.12.2016, p. 169–175 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 482/169


    P7_TA(2014)0035

    Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar it-tneħħija u l-ħarsien tal-immunità parlamentari

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar it-tneħħija u l-ħarsien tal-immunità parlamentari (2013/2031(REG))

    (2016/C 482/28)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tad-9 ta’ Novembru 2012,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0012/2014),

    1.

    Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

    2.

    Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

    Emenda 1

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    1a.     L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.

    Emenda 2

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6 – paragrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

    1.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament għandu qabel kollox iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom.

    1.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom f'dan l-Artikolu.

    Emenda 3

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6 – paragrafu 2

    Test fis-seħħ

    Emenda

    2.     Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru sabiex titneħħa l-immunità ta' xi Membru għandha tiġi mħabbra fil-Parlament u rriferuta lill-kumitat responsabbli.

    imħassar

    Emenda 4

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6 – paragrafu 3

    Test fis-seħħ

    Emenda

    3.     Kull talba indirizzata lill-President minn Membru jew ex-Membru biex jiddefendi privileġġi u immunitajiet għandha tiġi mħabbra fil-Parlament u rriferuta lill-kumitat responsabbli.

    imħassar

    Emenda 5

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6 – paragrafu 4

    Test fis-seħħ

    Emenda

    4.     F'każ ta' urġenza, f'ċirkustanzi fejn Membru jiġi arrestat jew fejn tinżamm il-libertà ta' moviment tiegħu bi ksur apparenti tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu, il-President, wara li jkun ħa l-parir tal-president u tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jista' jieħu inizjattiva biex jikkonferma l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru kkonċernat. Il-President għandu jinnotifika lill-kumitat b'dik l-inizjattiva u jgħarraf lill-Parlament.

    imħassar

    Emenda 6

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    4a.     Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija tal-immunità kemm-il darba:

     

    li ma jkunux obbligati jidhru f'data u f'ħin li ma jippermettilhomx iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, jew jagħmluhielhom diffiċli li jwettqu dawk id-dmirjiet, jew li se jkunu jistgħu jagħtu stqarrija bil-miktub jew b'xi forma oħra li ma tkunx tagħmilha diffiċli għalihom li jwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom; u

     

    li ma jkunux obbligati jixhdu dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u li hu ma jkunux iħossu li għandhom jagħtu.

    Emenda 7

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    Artikolu 6a

     

    Ħarsien tal-privileġġi u l-immunità

     

    1.     Fil-każijiet fejn il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru jkun allegat li ġew miksura mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk fil-fatt kienx hemm ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 7(-1).

     

    2.     B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

     

    3.     Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess proċedimenti legali, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.

     

    4.     L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess proċedimenti legali.

     

    5.     F'każijiet fejn deċiżjoni tkun ittieħdet li ma jkunux imħarsin il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru, il-Membru jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida. It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.

    Emenda 8

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 6b (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    Artikolu 6b

     

    Azzjoni urġenti mill-President għall-asserzjoni tal-immunità

     

    1.     Bħala kwestjoni ta' urġenza, meta jkun hemm ċirkostanzi li fihom jiġi arrestat Membru jew il-libertà tiegħu jew tagħha tal-moviment tkun tnaqqset f'dak li jkun jidher bħala ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru, il-President, wara li jikkonsulta mal-President u mar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jista' jieħu inizjattiva għall-asserzjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru kkonċernat. Il-President għandu jinnotifika lill-kumitat b'dik l-inizjattiva u jgħarraf lill-Parlament.

     

    2.     Meta l-President jagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilu mill-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli għandu jieħu nota tal-inizjattiva tal-President fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu. Jekk il-kumitat iħoss li jkun meħtieġ, dan jista' jħejji rapport biex jitressaq quddiem il-Parlament.

    Emenda 9

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu - 1 (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    -1.     Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta’ xi Membru, jew minn Membru jew xi ħadd li kien Membru sabiex jitħarsu l-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.

    Emenda 10

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 1

    Test fis-seħħ

    Emenda

    1.   Il-kumitat responsabbli għandu jikkunsidra mingħajr dewmien u skond l-ordni li fih tressqu t-talbiet għat-tneħħija ta' l-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.

    1.   Il-kumitat għandu jikkunsidra mingħajr dewmien , imma billi titqies il-komplessità relattiva tagħhom, it-talbiet għat-tneħħija tal-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet .

    Emenda 11

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 3

    Test fis-seħħ

    Emenda

    3.   Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa. Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn membru ieħor.

    3.   Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa.

    Emenda 12

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    3a.     Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor.

     

    Il-Membru ma għandux ikun preżenti matul id-dibattiti dwar it-talba għat-tneħħija jew il-ħarsien tal-immunità tiegħu, ħlief għas-smigħ innifsu.

     

    Il-President tal-Kumitat għandu jistieden lill-Membru għas-smigħ, billi jindika d-data u l-ħin. Il-Membru jista’ jirrinunzja d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-smigħ.

     

    Jekk il-Membru ma jipparteċipax fis-smigħ wara dik l-istedina, jitqies li rrinunzja dak il-jedd li jkun mismugħ, sakemm ma jitlobx li jkun eżonerat mis-smigħ f’dik id-data u ħin kif proposti, u jagħti r-raġunijiet. Il-President tal-Kumitat għandu jagħti deċiżjoni dwar jekk tali talba li dak li jkun ikun skużat tintlaqax fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija, u ma jkun permess l-ebda appell fuq dan il-punt.

     

    Jekk il-President tal-Kumitat jilqa’ t-talba għal eżoneru, allura jistieden lill-Membru jinstema’ f’data u ħin ġodda. Jekk il-Membru jonqos li jimxi mat-tieni stedina li jinstema’, il-proċedura tissokta mingħajr ma jinstema’ l-Membru. Ebda talba oħra għal eżoneru, jew għas-smigħ, ma tintlaqa’ minn dan l-istadju ’l quddiem.

    Emenda 13

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 5

    Test fis-seħħ

    Emenda

    5.     Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija ta' l-immunità kemm-il darba:

    imħassar

    il-Membru ma jkunx obbligat li jidher f'data jew f'ħin li ma jippermettulux li jaqdi – jew joħolqulu diffikultà biex jaqdi – id-dmirijet parlamentari tiegħu, jew kemm-il darba jkun jista' jipprovdi stqarrija bil-miktub jew f'kull forma oħra li ma toħloqlux diffikultà fit-twettiq tad-dmirijiet parlamentari tiegħu;

     

    il-Membru ma jkunx obbligat li jixhed dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fil-qadi tal-mandat tiegħu u li hu ma jkunx iħoss li għandu jagħti.

     

    Emenda 14

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 6

    Test fis-seħħ

    Emenda

    6.     F'każi li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-immunità jew tal-privileġġi, il-kumitat għandu jiddikjara jekk iċ-ċirkustanzi jkunux jikkostitwixxu xkiel amministrattiv jew xkiel ieħor mqiegħed għall-moviment ħieles tal-Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-postijiet fejn jiltaqa' l-Parlament jew opinjoni espressa jew vot mitfugħ fit-twettiq tal-mandat jew li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet li ma jidħlux fl-ambitu tal-liġi nazzjonali, u għandu jagħmel proposta sabiex l-awtorità konċernata tiġi mistiedna tasal għall-konklużjonijiet meħtieġa.

    imħassar

    Emenda 15

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 10

    Test fis-seħħ

    Emenda

    10.     Meta l-President jagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 6(4), il-kumitat responsabbli għandu jkun jaf bl-inizjattiva tal-President fil-laqgħa tiegħu ta' wara. Jekk il-kumitat iħoss li huwa meħtieġ, dan jista' jħejji rapport biex jiġi mressaq quddiem il-Parlament.

    imħassar

    Emenda 16

    Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

    Artikolu 7 – paragrafu 7a (ġdid)

    Test fis-seħħ

    Emenda

     

    12a.     Il-kumitat għandu jistabbilixxi l-prinċipji għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.


    Top