EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0515

Kawża C-515/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fit-3 ta’ Ottubru 2016 – Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

(Kawża C-515/16)

(2016/C 475/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enedis, SA, li kienet Électricité Réseau Distribution France SA (ERDF)

Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn dak tas-suq u li l-finanzjament tiegħu huwa sostnut mill-konsumaturi finali tal-elettriku, kif dan il-mekkaniżmu jirriżulta mid-digrieti ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2006 (JORF Nruo171 tas-26 ta’ Lulju 2006, p. 11133) u tat-12 ta’ Jannar 2010 (JORF Nruo0011 tal-14 ta’ Jannar 2010, p. 727) li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għax-xiri ta’ dan l-elettriku, moqrija flimkien mal-Liġi Nruo2000-108 tal-10 ta’ Frar 2000 dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz pubbliku tal-elettriku, id-Digriet Nruo2000-1196 tas-6 ta’ Diċembru 2000 u d-Digriet Nruo2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat?

2)

U, fl-affermattiv, l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea b’dan il-mekkanimżu jaffettwa l-validità tad-digrieti msemmija hawn fuq li jimplementaw il-miżura ta’ għajnuna kontenzjuża?


Top