Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument C2016/434/07

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc.) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

    ĠU C 434, 24.11.2016, str. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 434/7


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc.)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 434/07)

    1.

    Fis-17 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Verizon Communications Inc. (“Verizon”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju operattiv kollu kemm hu ta’ Yahoo Inc. (“Yahoo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Hija mhix se takkwista l-flus kontanti u t-titoli negozjabbli ta’ Yahoo, l-ishma tagħha f’Alibaba Group Holdings Limited, l-ishma tagħha f’Yahoo Japan Corporation, ċerti investimenti minoritarji, jew Excalibur IP, LLC, sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Yahoo li għandha ċerta proprjetà intellettwali mhux fil-qalba tan-negozju operattiv ta’ Yahoo.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Verizon: fornitur ta’ komunikazzjonijiet, informazzjoni u divertiment ta’ prodotti u servizzi għall-konsumaturi, negozji u aġenziji governattivi. Hija tipprovdi servizzi mingħajr fili u bil-fili, b’numru ta’ prodotti u servizzi relatati, u tħaddem infrastruttura tan-netwerk. AOL, waħda mis-sussidjarji tagħha, hija kumpanija tat-teknoloġija tal-midja li tgħaqqad fuq il-pjattaformi tagħha pubblikaturi, min jagħmel il-riklami u l-konsumaturi,

    —   għal Yahoo: kumpanija tat-teknoloġija li toffri esperjenzi personalizzati lill-konsumaturi u tgħaqqad lil min jirreklama ma’ udjenzi fil-mira. Hi tipprovdi diversi servizzi tal-Internet bħat-tiftix, il-komunikazzjonijiet, u l-kontenut diġitali. L-assi ta’ Yahoo jinkludu marki tad-ditta tal-kontenut fil-finanzi, l-aħbarijiet, l-isport, kif ukoll servizzi tal-emails. Yahoo għandha bħala proprjetà diversi assi tat-teknoloġija fl-ispazju għar-rekalamar.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8180 — Verizon Communications Inc./Yahoo Holdings, Inc., f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Na vrh