Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/363/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 363, 1.10.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/24


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 363/07)

    1.

    Fis-26 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AkzoNobel NV (“AkzoNobel”, il-Pajjiżi l-Baxxi), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tal-kisi industrijali ta' BASF SE (“BASF IC”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta' ishma u beni. L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-4 ta' Lulju 2016, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fid-29 ta' Lulju 2016.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal AkzoNobel: attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ żebgħat, kisjiet ta’ prestazzjoni u kimiċi ta’ speċjalità, attiva globalment.

    —   għal BASF IC: manifattura u distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ kisi industrijali fosthom kisi tal-kojl, kisi tal-folji tal-għamara u tal-pannelli, kisi kontra r-riħ, kisi protettiv u kisi tat-trasport kummerċjali, attiva globalment.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8004 — Akzo Nobel/BASF Industrial Coatings Business, fl-indirizz li jmiss:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top