EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/344/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8195 — Brambles/FR/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 344, 20.9.2016, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8195 — Brambles/FR/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 344/13)

1.

Fit-13 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Brambles Industries Limited (“Brambles”, l-Awstralja) u First Reserve Management L.P. (“FR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-konroll konġunt ta’ kumpanija mwaqqfa ġdida (“Newco”) (ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma u trasferiment ta’ beni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Brambles hija kumpanija tal-loġistika f’katina tal-provvisti kkowtata fil-Australian Securities Exchange u bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Sydney, l-Awstralja.

FR hija ditta ta’ ekwità privata u ta’ investiment infrastrutturali li tispeċjalizza fl-industrija tal-enerġija.

Newco se tkun attiva fil-manifattura, fil-kiri, bejgħ u manutenzjoni tal-containers u soluzzjonijiet tal-beni mobbli għal numru ta’ industriji, partikolarment, l-industrija taż-żejt u l-gass. B’mod partikolari, Newco se tikkombina n-negozji li ġejjin, li attwalment huma mħaddma minn Brambles u FR individwalment: (i) Ferguson, li tikri, tbigħ u tagħti manutenzjoni ta’ containers u tagħmir ieħor għas-settur tal-enerġija offshore internazzjonali; (ii) CHEP Catalyst and Chermical Containers, li tipprovdi prodotti u servizzi relatati mal-ħażna u t-trasportazzjoni ta’ katalist frisk, pre-sulfided u użat; u (iii) Hoover, li timmanifattura, tikri, tbigħ u tagħti manutenzjoni lil soluzzjonijiet tal-containers li jġorru l-fluwidu, merkanzija xotta u skart.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8195 — Brambles/FR/JV, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top