EUR-Lex Rochtain ar dhlí an Aontais Eorpaigh

Fill ar leathanach baile EUR-Lex

Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo

Doiciméad C2016/344/11

Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1225 kif emendat bi C(2016) 5768)

ĠU C 344, 20.9.2016, lch. 8-8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/8


Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1225 kif emendat bi C(2016) 5768)

(2016/C 344/11)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma tal-2016 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.

Qed jintlaqgħu l-proposti għal din is-sejħa:

 

CEF-TC-2016-4: Internet aktar sikur

Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula fl-ambitu ta’ din is-sejħa huwa ta’ EUR 1,1 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija t-18 ta’ Ottubru 2016.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2016-cef-telecom-calls-proposals


Barr