EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/313/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8109 — FIH Mobile/Feature Phone Business of Microsoft Mobile) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 313, 27.8.2016, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8109 — FIH Mobile/Feature Phone Business of Microsoft Mobile)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 313/07)

1.

Fid-19 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha FIH Mobile Limited (“FIH”, il-Gżejjer Cayman), beħsiebha tixtri mingħand Microsoft Mobile Oy (“Microsoft MO”, il-Finlandja) u mingħand għadd ta’ entitajiet affiljati ma’ Microsoft MO: (1) 100 % tal-kapital mikri kontribwit ta’ Microsoft Mobile (Vietnam) Limited Liability Company (“MMV”); u (2) ċerti assi oħrajn (flimkien, il-“Mira”) li huma użati fit-twettiq tan-negozju tal-feature phone li bħalissa huwa mħaddem minn Microsoft (il-“Feature Phone Business”). MMV hija sussidjarja ta’ Microsoft MO u l-manifattur tat-telefowns għall-Feature Phone Business.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

FIH hija sussidjarja ta’ Hon Hai Precision Industry Co., Ltd, li tinnegozja bħala Foxconn (“Hon Hai”, Tajwan); Hon Hai tipprovdi servizzi ta’ manifattura ta’ elettronika lil terzi persuni (electronics manufacturing services, EMS) lill-produtturi ta’ tagħmir oriġinali (original equipment manufacturers, OEMs) ta’ prodotti elettroniċi bħall-kompjuters, it-telefowns ċellulari, consoles tal-logħob tal-vidjow u televiżjonijiet. Hon Hai għandha operazzjonijiet fl-Ameriki, l-Asja u l-Ewropa.

Microsoft MO hija sussidjarja ta’ Microsoft Corporation (“Microsoft”, l-Istati Uniti tal-Amerika). Microsoft hija primarjament involuta fid-disinn, l-iżvilupp u l-provvista ta’ softwer tal-kompjuter, ċerti apparati tal-ħardwer u servizzi relatati. L-attivitajiet kummerċjali prinċipali ta’ Microsoft MO huma l-iżvilupp, il-liċenzjar u l-appoġġ ta’ prodotti tas-softwer, servizzi tat-teknoloġija u apparati ta’ ħardwer relatati mat-telefowns ċellulari li jinżammu fl-idejn.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8109 — FIH Mobile/Feature Phone Business of Microsoft Mobile, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top