Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0294

    Kawża T-294/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/38


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)

    (Kawża T-294/16)

    (2016/C 279/53)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GOLD MOUNT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ April 2016, fil-Każ R 1857/2015-4

    Talbiet

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark (figurattiva) tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233“GOLD MOUNT” hija valida għall-prodotti kollha koperti;

    tikkundanna lill-EUIPO (il-bordijiet tal-appell) jew, sussidjarjament, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top