Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0293

    Kawża T-293/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/37


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT)

    (Kawża T-293/16)

    (2016/C 279/52)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “GOLD MONT” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 803 831

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2699/2014-4

    Talbiet

    tilqa’ dan l-appell;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tissospendi l-proċedimenti fil-Każ R 2699/2014-4 sakemm is-sentenza fil-proċedimenti paralleli fil-Każ R 1857/2015-4 (li attwalment hija pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali) issir definittiva;

    tikkundanna lill-EUIPO (il-Bordijiet tal-Appell) jew, sussidjarjament, il-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

    Motiv invokat

    Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u ta’ imparzjalità.


    Top