Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0266

    Kawża T-266/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Capsugel Belgium vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/34


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Capsugel Belgium vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-266/16)

    (2016/C 279/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Capsugel Belgium (Bornem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Vanhulle, B. van de Walle de Ghelcke, C. Borgers u N. Baeten, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9873 finali tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fil-konstatazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna allegata u fil-klassifikazjzoni tagħha tal-iskema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 107 TFUE.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fil-konstatazzjoni li l-iskema Belġjana ta’ aġġustament ta’ benefiċċji żejda tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 2015/1589.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(6) TFUE u fuq il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll fuq l-abbuż ta’ poter minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar għajnuna mill-Istat sabiex tiġi pprohjbita l-iskema Belġjana ta’ aġġustament ta’ benefiċċji żejda.


    Top