Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0118

    Kawża T-118/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Whirlpool Europe BV vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill – Istat — Apparat domestiku — Għajnuna għar – ristrutturazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern, bil – kundizzjoni tal – osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura — Nuqqas ta’ interess individwali — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il – pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Whirlpool Europe BV vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-118/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill – Istat - Apparat domestiku - Għajnuna għar – ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern, bil – kundizzjoni tal – osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il – pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))

    (2016/C 279/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, É. Gippini Fournier u P.-J. Loewenthal, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Electrolux AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) u Fagor France SA (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) et

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/283/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23839 (C 44/2007) ta’ Franza favur l-impriża FagorBrandt (ĠU, L 166, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Whirlpool Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża, Electrolux AB u Fagor France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 141, 18.5.2013.


    Top