Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0281

    Kawża C-281/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Mejju 2016 – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Mejju 2016 – Vereniging Hoekschewaards Landschap vs Staatssecretaris van Economische Zaken

    (Kawża C-281/16)

    (2016/C 279/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vereniging Hoekschewaards Landschap

    Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

    Domanda preliminari

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/72, tat-3 ta’ Diċembru 2014, li tadotta t-tmien aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku (1) hija valida sa fejn is-sit “Haringvliet” (NL1000015) tniżżel f’din il-lista mingħajr l-inklużjoni tal-Leenheerenpolder?


    (1)  ĠU 2015, L 18, p. 385.


    Top