EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0268

Kawża C-268/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Binca Seafoods GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 279, 1.8.2016, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/16


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 minn Binca Seafoods GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, Binca Seafoods GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-268/16 P)

(2016/C 279/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Binca Seafoods GmbH (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15 u

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (1).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-għan ta’ dan l-appell huwa l-annullament tad-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża T-94/15, li permezz tiegħu r-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti kontra r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika, ġie miċħud bħala inammissibbli, kif ukoll it-talba intiża għall-annullament ta’ dan ir-regolament.

L-appellanti tinvoka ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal ġustizzja taħt l-Artikolu 47 li jinsab fit-Titolu VI tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-mertu, ir-rikors għal annullament huwa permess mid-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt fundamentali rrikonoxxut fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 47 jippermetti l-użu effettiv tar-rimedji ġudizzjarji awtorizzati. Id-digriet tal-Qorti Ġenerali jikser id-dritt għal rimedju effettiv tal-appellanti fis-sens tal-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tirriżulta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 47 tal-Karta.

L-appellanti tinvoka ksur tad-dritt fundamentali mogħti lilha mit-tieni sentenza tal-Artikolu 47, minħabba li allegatament inkisru d-dritt fundamentali tagħha għal nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21 u d-dritt fundamentali tagħha għall-garanzija tal-libertà ta’ intrapriża stabbilit fl-Artikolu 16, mingħajr ma r-rikors tagħha ġie ttrattat bħala rimedju effettiv. Il-Qorti Ġenerali tat intepretazzjoni ġdida lis-suġġett tar-rikors tagħha, li kien intiż għall-ksib ta’ protezzjoni mill-kompetizzjoni, u interpretatu bħala li huwa intiż għall-ksib tal-benefiċċju ta’ estensjoni tas-sistema tranżitorja, li ma madankollu huwiex is-suġġett tar-rikors tagħha għal annullament.

L-appellanti tallega diskriminazzjoni fil-konfront tagħha bħala fornitur ta’ prodotti tal-akkwakultura mill-pangasius fil-Vjetnam meta mqabbla mal-fornituri ta’ prodotti tal-akwakultura mill-annimali, b’mod partikolari dawk fl-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħhom is-sistemi tranżitorji ġew estiżi mir-regolament ikkontestat lil hinn mill-aħħar tal-2015, filwaqt li dawk is-sistemi tranżitorji li jikkonċernaw il-pangasius intemmu.

L-appellanti ssostni li l-kompetituri tagħha jistgħu joffru l-prodotti tagħhom bl-indikazzjoni “organiku” minħabba trattament favorevoli arbitrarju, meta dan huwa pprojbit għaliha. Hija tallega vantaġġ kompetittiv inġust u mhux ġustifikat mogħti lill-kompetituri tagħha, li minkejja li ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, għandhom id-dritt li jużaw l-indikazzjoni “organiku”. L-appellanti tixtieq li tingħata ugwaljanza fit-trattament mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

Hija tinvoka ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza taħt l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 21. Hija tallega wkoll ksur tad-dritt fundamentali mogħti lilha taħt l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jiġifieri l-garanzija tal-libertà tagħha ta’ intrapriża.


(1)  ĠU L 365, p. 97.


Top