Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0257

    Kawża C-257/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH

    (Kawża C-257/16)

    (2016/C 279/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elke Roch, Jürgen Roch

    Konvenuta: Germanwings GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    Difett tekniku kkawżat minn kolliżjoni avjarja, jiġifieri l-kolliżjoni ta’ ajruplan fl-ajru ma’ għasafar, jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?

    2)

    L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv jista’ wkoll jinvoka ċirkustanzi straordinarji li ma affettwawx it-titjira rriżervata mill-passiġġier, iżda t-titjira eżatt qabilha, li tkun saret, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rotazzjoni, bl-ajruplan assenjat għat-titjira rriżervata?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top