Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0245

    Kawża C-245/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-28 ta’ April 2016 – Nerea SpA vs Regione Marche

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (l-Italja) fit-28 ta’ April 2016 – Nerea SpA vs Regione Marche

    (Kawża C-245/16)

    (2016/C 279/18)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nerea SpA

    Konvenut: Regione Marche

    Domandi preliminari

    1)

    Preliminarjament, l-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 (1) jirrigwarda biss il-proċeduri li jistgħu jinbdew ex officio mill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istati Membri (fl-Italja, pereżempju, il-proċedura ta’ falliment) jew anki dawk li jistgħu jinbdew biss fuq inizjattiva tal-operatur ekonomiku kkonċernat (kif inhu l-każ fid-dritt nazzjonali ta’ arranġament mal-kredituri), minħabba li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-fatt li l-kumpannija “tkun is-suġġett għall-”proċeduri kollettivi ta’ falliment?

    2)

    Fl-eventwalità li jiġi konkluż li r-Regolament Nru 800/2008 jirrigwarda l-proċeduri kollettivi kollha, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari s-sistema tal-arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat, prevista fl-Artikolu 186o tad-Digriet Irjali Nru 267/1942 tas-16 ta’ Marzu 1942, l-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li r-rekwiżiti għall-issuġġettar għal proċedura kollettiva jkunu ssodisfatti mill-operatur ekonomiku li japplika għal finanzjament mill-fondi strutturali huwa suffiċjenti sabiex jimpedixxi l-għoti tal-finanzjament jew sabiex jobbliga lill-awtorità nazzjonali ta’ ġestjoni li tirrevoka l-finanzjament diġà mogħti jew, għall-kuntrarju, is-sitwazzjoni ta’ diffikultà għandha tiġi evalwata fil-każ speċifiku billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, pereżempju, it-tul tal-fażi ta’ ftuħ tal-proċedura, l-osservanza mill-operatur ekonomiku tal-impenji meħuda u kull ċirkustanza rilevanti oħra?


    (1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (GU L 214, p. 3).


    Top