Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0555

    Kawża C-555/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria – il-Portugall) – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest ta’ professjonijiet mediċi u paramediċi — Fiżjoterapija — Osteopatija)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria – il-Portugall) – Bernard Jean Marie Gabarel vs Fazenda Pública

    (Kawża C-555/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Għoti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest ta’ professjonijiet mediċi u paramediċi - Fiżjoterapija - Osteopatija))

    (2016/C 279/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Administrativo e Fiscal de Leiria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bernard Jean Marie Gabarel

    Konvenut: Fazenda Pública

    Dispożittiv

    L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li fiżjoterapist li, fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu fil-qasam tas-saħħa japplika, b’mod indistint jew komplementari, terapiji tal-fiżjoterapija jew terapiji tal-osteopatija, għandu jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur mżijud mhux biss għall-ewwel tip ta’ terapiji, iżda wkoll għat-tieni tip, jekk l-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet paramediċi għall-finijiet tal-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tkun teċċedi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali permessa lill-Istati Membri minn din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


    Top