EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0462

Kawża C-462/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Verners Pudāns vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Skemi ta’ għajnuna diretta — Artikolu 29(1) — Obbligu li jitwettqu l-ħlasijiet b’mod sħiħ lill-benefiċjarji — Taxxa fuq id-dħul)

ĠU C 279, 1.8.2016, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Verners Pudāns vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-462/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Skemi ta’ għajnuna diretta - Artikolu 29(1) - Obbligu li jitwettqu l-ħlasijiet b’mod sħiħ lill-benefiċjarji - Taxxa fuq id-dħul))

(2016/C 279/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verners Pudāns

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħlasijiet magħmula abbażi tal-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament għat-taxxa fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


Top