Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0285

    Kawża C-285/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Beca Engineering Srl vs Ministero dell’Interno (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 89/106/KEE — Prodotti għall-bini — Kisi intern taċ-ċmieni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni jsiru biss permezz ta’ materjali mhux kombustibbli)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/6


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Beca Engineering Srl vs Ministero dell’Interno

    (Kawża C-285/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 89/106/KEE - Prodotti għall-bini - Kisi intern taċ-ċmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni jsiru biss permezz ta’ materjali mhux kombustibbli))

    (2016/C 279/09)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Beca Engineering Srl

    Konvenuta: Ministero dell’Interno

    Dispożittiv

    Il-kompatibiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li ċ-ċmieni tal-impjanti termiċi ċivili jsiru biss permezz ta’ prodotti għall-bini, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli ma għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003.

    Id-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata permezz tad-Direttiva 98/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiġi kklassifikata bħala “regolament tekniku”, fis-sens tal-punti 3 u 11 tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva, u li, fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea mill-Istat Membru rilevanti, konformement mal-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, kif emendata, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tapplikax, ċirkustanzi li l-persuni individwali jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


    Top