EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0614(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 li taħtar membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għas-Slovakkja

ĠU C 212, 14.6.2016, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2020

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2016

li taħtar membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għas-Slovakkja

(2016/C 212/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2015 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020.

(2)

Il-gvern tas-Slovakkja ppreżenta nomini oħra għal żewġ karigi li għandhom jimtlew.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Supplenti

Slovakkja

Is-Sinjura Miriam ŠPÁNIKOVÁ

Is-Sur Peter MOLNÁR

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar f’data aktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (ĠU C 341, 16.10.2015, p. 4).


Top