EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2016_203_R_0002

Nota lill-qarrej (Ara paġna 2 tal-qoxra)

ĠU C 203, 7.6.2016, p. s2–s2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/s2


NOTA LILL-QARREJ

Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif ukoll il-protokolli u l-annessi tiegħu, li fiha ġew integrati l-emendi li saru bit-trattat ta' Lisbona, iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009.

Barra minn hekk, din il-pubblikazzjoni fiha l-emenda introdotta permezz tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kif ukoll l-emenda introdotta permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 741/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Awwissu 2012 li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu. Addizzjonalment, din il-pubblikazzjoni fiha l-emendi introdotti permezz tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja. Fl-aħħarnett, din il-pubblikazzjoni fiha wkoll l-emendi introdotti permezz tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà.


Top