This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/186/07
Prior notification of a concentration (Case M.8024 — NTT Data International/IT Services Business of Dell) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8024 — NTT Data International/IT Services Business of Dell) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8024 — NTT Data International/IT Services Business of Dell) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 186, 25.5.2016, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 186/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8024 — NTT Data International/IT Services Business of Dell)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 186/07)
1. |
Fit-18 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża NTT Data International L.L.C. (“NTT Data”, l-Istati Uniti), li tappartjeni għall-grupp NTT, takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Dell Services, li huwa n-negozju tas-servizzi ta’ teknoliġija informatika ta’ Dell Inc. (“Dell”, l-Istati Uniti) u ċerti sussidjarji tagħha, permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal NTT Data: NTT Data hija sussidjarja ta’ Nippon Telegraph and Telephone Corporation (il-Ġappun), kumpanija tat-telekomunikazzjoni, — għal Dell Services: Dell Services tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-IT u servizzi ta’ negozju, inkluż l-infrastruttura, il-cloud, applikazzjonijiet u servizzi ta’ proċess kummerċjali lil klijenti kummerċjali u governattivi minn Dell. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8024 — NTT Data International/IT Services Business of Dell, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.