Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FB0044

    Kawża F-44/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Spadafora vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni — Bord ta’ preselezzjoni — Intervista mal-bord ta’ preselezzjoni — Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista preliminari (short-list) ta’ kandidati proposti sabiex issirilhom intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra — Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni — Prijorità lir-reklutaġġ ta’ kandidat li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru partikolari — Aġir tal-president tal-bord ta’ preselezzjoni — Diskriminazzjoni lingwistika — Talba għad-danni — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/34


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Spadafora vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-44/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Proċedura ta’ selezzjoni - Bord ta’ preselezzjoni - Intervista mal-bord ta’ preselezzjoni - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista preliminari (short-list) ta’ kandidati proposti sabiex issirilhom intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra - Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni - Prijorità lir-reklutaġġ ta’ kandidat li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru partikolari - Aġir tal-president tal-bord ta’ preselezzjoni - Diskriminazzjoni lingwistika - Talba għad-danni - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

    (2016/C 175/40)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Sergio Spadafora (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fil-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni C4 (“Legal Advice”) tinħatar persuna oħra u mhux ir-rikorrent, li kien ilu jaġixxi bħala kap ta’ din id-diviżjoni sa minn meta telaq il-kap ta’ diviżjoni preċedenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.

    2)

    Sergio Spadafora għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 221, 6.7.2015, p. 27.


    Top