Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0135

    Kawża T-135/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres vs BĊE

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/32


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres vs BĊE

    (Kawża T-135/16)

    (2016/C 175/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres (Saintes, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/101), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.


    Top