EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0113

Kawża T-113/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Arctic Cat vs EUIPO – Slazengers (Rappreżentazzjoni ta’ pantera)

ĠU C 175, 17.5.2016, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/22


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Arctic Cat vs EUIPO – Slazengers (Rappreżentazzjoni ta’ pantera)

(Kawża T-113/16)

(2016/C 175/26)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arctic Cat, Inc. (Thief River Falls, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Slazengers Ltd (Burnham, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ pantera) reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Nru 941 684

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2953/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn ġie miċħud ir-rikors u safejn ġie kkonfermat ir-rifjut parzjali ta’ protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 941 684 fir-rigward tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti invokati fil-klassi 25 (ħwejjeġ speċifiċi għall-vetturi sportivi bil-mutur, inklużi l-ħwejjeġ ta’ protezzjoni għal użu estern, hoods u maskli);

tawtorizza l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 941 684 fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari għall-prodotti invokati fil-klassi 25 (ħwejjeġ speċifiċi għall-vetturi sportivi bil-mutur, inklużi l-ħwejjeġ ta’ protezzjoni għal użu estern, hoods u maskli);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura;

tikkundanna lil Slazengers Ltd għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top