EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0110

Kawża T-110/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Savant Systems vs EUIPO – Savant Group (SAVANT)

ĠU C 175, 17.5.2016, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/20


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Savant Systems vs EUIPO – Savant Group (SAVANT)

(Kawża T-110/16)

(2016/C 175/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Savant Systems LLC (Osterville, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: O. Nilgen, A. Kockläuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Savant Group Ltd (Burton in Kendal, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SAVANT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 32 318

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Jannar 2016, fil-Każ R 33/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn inżammet il-protezzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 32 318 kkontestata fir-rigward ta’ “softwer tal-kompjuter” fil-klassi 9 u għas-servizzi kollha fil-klassijiet 41 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) b’rabta mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li l-proprjetarju kien ipprova użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata għall-prodotti u għas-servizzi kif irreġistrati, b’mod partikolari “softwer tal-kompjuter” u s-servizzi relatati fil-klassijiet 41 u 42;

Ksur, mill-Bord tal-Appell, tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn ma ħax inkunsiderazzjoni r-rapport dwar l-“investigazzjoni tal-użu”.


Top