EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0106

Kawża T-106/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

ĠU C 175, 17.5.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

(Kawża T-106/16)

(2016/C 175/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “ZIRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 12 264 958

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 71/2015-4

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


Top