Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0126

    Kawża C-126/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2016 – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV

    ĠU C 165, 10.5.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2016 – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV

    (Kawża C-126/16)

    (2016/C 165/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Midden-Nederland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakvereniging et

    Konvenuta: Smallsteps BV

    Domandi preliminari

    1)

    Fil-każ ta’ trasferiment tal-impriża ddikjarata f’falliment, li jseħħ fil-kuntest ta’ falliment preċedut minn pre-pack taħt l-istħarriġ tal-qorti, u intiż b’mod espliċitu sabiex jinżammu (partijiet tal-)impriża, il-proċedura Olandiża ta’ falliment hija konformi mal-għan u l-iskop tad-Direttiva 2001/23 (1) u l-Artikolu 7:666, paragrafu 1, il-parti inizjali u s-subparagrafu (a), BW, f’dan ir-rigward, (għadu) effettivament konformi mad-Direttiva?

    2)

    Id-Direttiva 2001/23 hija applikabbli fil-każ fejn, qabel saħansitra l-bidu tal-falliment, il-“kuratur mistenni” maħtur mill-qorti jinforma ruħu dwar is-sitwazzjoni tad-debitur, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ eventwali bidu mill-ġdid tal-attivitajiet tal-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-bidu mill-ġdid permezz ta’ operazzjoni fuq assi li tinvolvi trasferiment tal-impriża tad-debitur jew ta’ parti minnha fid-data tal-falliment jew eżatt wara, u dawn l-attivitajiet huma segwiti, totalment jew parzjalment b’mod (prattikament) mhux interrott?

    3)

    Hemm differenza f’dan ir-rigward skont jekk il-pre-pack għandux bħala għan prinċipali t-tkomplija tal-impriża jew jekk, permezz tal-pre-pack u l-bejgħ tal-assi fil-forma ta’ “tkomplija tal-impriża” eżatt wara l-falliment, il-kuratur (mistenni) jkollux prinċipalment l-għan li jżid sal-massimu tiegħu d-dħul tat-trasferiment għall-kredituri kollha jew jekk il-qbil għat-trasferiment tal-assi jkun seħħ qabel il-falliment fil-kuntest ta’ pre-pack (tkomplija tal-impriża) u l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi fformalizzata jew imwettqa wara l-falliment? U kif għandha tiġi analizzata din il-kwistjoni jekk l-għan huwa kemm it-tkomplija tal-impriża kif ukoll iż-żieda massima tad-dħul tat-trasferiment?

    4)

    Fil-kuntest ta’ pre-pack qabel il-falliment tal-impriża, il-mument tat-trasferiment tal-impriża jiġi stabbilit, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 u tal-Artikoli 7:662 et seq BW li jirriżultaw minnha, bil-qbil effettiv, li jseħħ qabel il-falliment, li l-impriża tiġi ttrasferita jew dan il-mument huwa stabbilit permezz tad-data li fiha effettivament tgħaddi, miċ-ċedent għaċ-ċessjonarju, il-kwalità ta’ imprenditur tal-entità inkwistjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


    Top