This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013BP0353
European Parliament resolution of 11 September 2013 on the Council position on Draft amending budget No 3/2013 of the European Union for the financial year 2013, Section III — Commission (11694/2013 — C7-0246/2013 — 2013/2070(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11694/2013 – C7-0246/2013 – 2013/2070(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11694/2013 – C7-0246/2013 – 2013/2070(BUD))
ĠU C 93, 9.3.2016, p. 367–368
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/367 |
P7_TA(2013)0353
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013 – L-eċċess li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (11694/2013 – C7-0246/2013 – 2013/2070(BUD))
(2016/C 093/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u partikolarment Artikolu 18 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif adottat b’mod definittiv fit-12 ta’ Diċembru 2012 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2013, li ġie ppreżentant mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2013 (COM(2013)0224), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2013 li l-Kunsill adotta fid-9 ta' Lulju 2013 (11694/2013 – C7-0246/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0284/2013), |
A. |
billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2013 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2013 il-bilanċ pożittiv mis-sena finanzjarja 2012, li jammonta għal EUR 1 023,3 miljun, |
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta’ dan il-bilanċ pożittiv huma s-sottoeżekuzzjoni fin-nefqa ta’ EUR 224,3 miljun, l-eżitu tal-baġit pożittiv fuq l-introjtu ta' aktar minn EUR 719,1 miljun, u d-differenza pożittiva tar-rata tal-kambju ta' EUR 59,9 miljun, |
C. |
billi fuq in-naħa tad-dħul iż-żieda tiġi primarjament minn rifużjonijiet u kontribuzzjonijiet marbuta ma’ ftehimiet u programmi tal-Unjoni (EUR 350 miljun), minn żieda ta’ riżorsi proprji miġbura realment meta mqabbla ma’ dawk ibbaġitjati (EUR 231 miljun) u minn multi u interessi fuq pagamenti tard (EUR 159 miljun), |
D. |
billi s-sottoeżekuzzjoni fin-nefqa tammonta għal EUR 244 miljun, li minnhom EUR 168 miljun hija approprjazzjonijiet tal-baġit 2012 u EUR 76 miljun hija minn riporti mhux użati tal-2011, |
1. |
Jieħu nota li l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 3/2013, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tal-bilanċ pożittiv tal-2012, għal ammont ta’ EUR 1 023,3 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju u l-pożizzjoni tal-Kunsill; |
2. |
Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni u għalhekk parzjalment ser tikkumpensa l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament tal-Baġit Emendatorju Nru 2/2013; jenfasizza għaldaqstant li ż-żewġ dossiers ikunu suġġetti għal kalendarju komuni għall-adozzjoni, billi huma marbutin strettament ma’ xulxin mill-perspettiva politika; |
3. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 3/2013; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2013 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.