This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0365
European Parliament resolution of 11 September 2013 on tackling youth unemployment: possible ways out (2013/2045(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta` Settembru 2013 dwar l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli (2013/2045(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta` Settembru 2013 dwar l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli (2013/2045(INI))
ĠU C 93, 9.3.2016, p. 70–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/70 |
P7_TA(2013)0365
L-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta` Settembru 2013 dwar l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli (2013/2045(INI))
(2016/C 093/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-6 ta' Lulju 2010 dwar “il-Promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat”, (1) |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ (2) u l-mistoqsija għal tweġiba orali tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ (3), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ (COM(2012)0727), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Żgħażagħ Mobbli” (COM(2010)0478), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill, adottati fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2011, dwar il-promozzjoni tal-impjiegi taż-żgħażagħ għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 ta' Frar 2013 dwar Inizjattiva tal-Impjiegi taż-Żgħażagħ, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 bl-isem “Għall-istabbiliment ta' Qafas ta' Kwalità dwar l-Iskemi ta' Taħriġ. Konsultazzjoni tat-tieni stadju tal-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew skont l-Artikolu 154 TFUE” (COM(2012)0728), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-Twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (COM(2012)0729), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-13 ta' Ġunju 2012 intitolat “Youth Guarantee: Experiences from Finland and Sweden”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ (4), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim politiku li ntlaħaq fil-Kunsill fit-28 ta' Frar 2013 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, |
— |
wara li kkunsidra l-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2009 dwar “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ” (COM(2009)0200), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal emenda għad-dokument tal-Kummissjoni “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006” (COM(2011)0607), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2012 bit-titolu “Lejn Konsolidazzjoni Favur it-Tkabbir u Tkabbir Favur l-Impjiegi”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (5); |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Ewropea tal-Kwalità tal-Internships u l-Apprendistati żviluppata mill-Forum Żgħażagħ Ewropej flimkien mal-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-22 ta' Ottubru 2012 intitolat “NEETs: young people not in employment, education or training: characteristics, costs and policy responses in Europe” (NEETs: żgħażagħ mhux impjegati, f’edukazzjoni jew f’taħriġ: karatteristiċi, spejjeż u rispons għall-politika fl-Ewropa) (6), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-21 ta’ Diċembru 2012 intitolat “Effectiveness of policy measures to increase the employment participation of young people” (Effikaċja tal-miżuri politiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-impjieg taż-żgħażagħ) (7), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tad-29 ta’ April 2011 bl-isem “Helping young workers during the crisis: contributions by social partners and public authorities” (Ngħinu lill-ħaddiema żgħażagħ matul il-kriżi: kontribuzzjonijiet mill-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet pubbliċi) (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-integrazzjoni tal-migranti, l-impatti fuq is-suq tax-xogħol u d-dimensjoni esterna tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE (9), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tas-7 ta’ Frar 2012 bl-isem “Żviluppi ta’ politika reċenti relatati ma’ dawk mhux impjegati, f’edukazzjoni jew f’taħriġ (NEETs)” (10), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Eurofound tal-15 ta’ Jannar 2013 bl-isem “Inklużjoni attiva ta’ żgħażagħ b’diżabilità jew problemi ta’ saħħa” (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0275/2013), |
A. |
billi f'Ġunju 2013, 23,5 % taż-żgħażagħ attivi kienu qiegħda, bir-rati li jvarjaw minn 10 % jew anqas fl-Awstrija u l-Ġermanja għal aktar minn 64,2 % fil-Greċja, u b'hekk dan jindika differenzi ġeografiċi kbar kemm bejn kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri; billi l-aktar dejta u tbassir reċenti jindikaw deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni li jaffaċjaw iż-żgħażagħ f'xi Stati Membri; |
B. |
billi l-qgħad fost in-nisa ta' taħt l-età ta' 25 sena għadu qed jogħla, billi żdied minn 18,8 % fl-2009 sa 22,1 % fl-2012 u, skont l-aktar dejta reċenti, bħalissa jinsab fil-livell ta' 22,9 %; billi l-imġieba, bħall-iskoraġġament, l-awtoesklużjoni, u l-apatija għax-xogħol qed isiru aktar mifruxa; billi n-nisa żgħażagħ għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' kundizzjonijiet ta' suq tax-xogħol agħar mill-irġiel żgħażagħ, u billi dan qed iwassal għal telf sinifikanti ta' potenzjal ta' tkabbir ekonomiku għall-Ewropa billi qed ikunu sottovalutati l-ħiliet ta' nisa bi kwalifiki għoljin; |
C. |
billi fl-2011, 7,5 miljun żagħżugħ bejn il-15 u l-24 sena u 6,5 miljun bejn il-25 u d-29 sena ma kinux qed jistudjaw, jaħdmu jew jitħarrġu (NEETs), u fosthom hemm membri ta’ gruppi vulnerabbli; billi dan jista' jwassal għal konsegwenzi personali u soċjali serji bħal pereżempju prospetti futuri ħżiena jew mhux sikuri ta’ impjieg u faqar u esklużjoni soċjali, jew saħansitra disfunzjonijiet psikoloġiċi u fiżiċi; billi x’aktarx li dawn il-problemi jiżdiedu fil-futur qrib, waqt li jippreżentaw konsegwenzi finanzjarji serji għas-sistemi soċjali tal-Istati Membri; |
D. |
billi 14-il miljun NEETs jeħtieġu sforzi ħafna ikbar mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej, sabiex ikunu integrati mill-ġdid iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; billi ż-żgħażagħ madwar l-Ewropa għandhom bżonnijiet ferm differenti, u għalhekk kwalunkwe miżura ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għandha tkun adattata għall-bżonnijiet ta' kull grupp speċifiku, u fejn possibbli għandha tinkludi wkoll politiki ta' evalwazzjoni personali; |
E. |
billi fl-2011, it-telf ekonomiku minħabba n-nuqqas ta' impenn taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol kien stmat għal EUR 153 biljun fl-Istati Membri, li jikkorrispondi għal 1,2 % tal-PDG tal-UE (12); billi din is-somma tmur oltre l-EUR 10 biljuni li jkunu jenħtieġu biex jinħolqu 2 miljun impjieg għaż-żgħażagħ; (13) billi dan jirrappreżenta piż soċjali u ekonomiku fit-tul għall-UE kollha kemm hi; |
F. |
billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa fattur importanti li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fil-migrazzjoni li qed iseħħ f’numru ta’ Stati Membri; billi hija parti żgħira minn dawk li jagħżlu l-mobilità u l-migrazzjoni li jagħmlu dan b'mod volontarju, għaliex din tkun għażla mmotivata minn ħtiġijiet ekonomiċi; |
G. |
billi fl-UE huma meħtieġa investimenti estensivi sabiex jinħolqu t-tkabbir u l-impjieg, kif ukoll tissaħħaħ id-domanda domestika; billi huwa neċessarju pakkett ta’ investiment bl-ammont ta’ 2 % tal-PDG tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm titjib sinifikanti tal-pożizzjoni ekonomika u s-sitwazzjoni fis-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri; billi din il-miżura tkun ta’ benefiċċju l-ewwel u qabel kollox għaż-żgħażagħ, bħala grupp l-iktar milqut mill-kriżi; |
H. |
billi ż-żgħażagħ ikunu partikolarment żvantaġġjati matul kriżi ekonomika, aktar mill-maġġoranza tal-gruppi; billi għal ħafna żgħażagħ il-qgħad attwali jista' jinbidel f'qgħad fit-tul, u dan iżid ir-riskji ta' esklużjoni soċjali; billi dan għandu konsegwenzi allarmanti għal ħafna żgħażagħ peress li huma ma jibqax ikollhom fiduċja fihom infushom, ma jwettqux l-ambizzjonijiet tagħhom, jonqos il-qligħ finanzjarju tagħhom u jiddewmu l-possibilitajiet tagħhom li jibdew ħajja adulta indipendenti, inkluż il-bidu ta’ familja, u minħabba f’hekk dan ikollu wkoll konsegwenzi għas-soċjetà billi jaffettwa b’mod negattiv is-sitwazzjoni soċjali, ekonomika u demografika fl-Ewropa kemm fit-tul kif ukoll fil-qosor, u jiżdied ir-riskju ta’ faqar fost l-anzjani minħabba n-nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet soċjali matul il-ħajja tax-xogħol; |
I. |
billi l-Artikolu 13 tat-Trattat KE jagħti setgħa speċifika lill-Komunità biex tiġġieled kontra diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, fuq l-oriġini razzjali u etnika, fuq ir-reliġjon jew twemmin, fuq id-diżabilità, l-età jew fuq l-orjentazzjoni sesswali; billi minkejja d-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjiegi u l-okkupazzjoni, in-nisa żgħażagħ għadhom isofru diskriminazzjoni dwar l-età u l-ġeneru meta jidħlu fis-suq tax-xogħol; |
J. |
billi madwar erba’ miljun impjieg huma vakanti fl-UE (14) minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-ħiliet; billi f’ċerti oqsma, bħas-setturi tal-IT u tar-R&Ż, hemm żieda persistenti fid-domanda għal forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin li mhix qed tiġi ssodisfata; |
K. |
billi l-ILO irrakkomandat baġit ta' EUR 21 biljun, ekwivalenti għal 0,5 % tan-nefqa kollha taż-żona tal-euro, għall-implimentazzjoni sħiħa ta' garanzija għaż-żgħażagħ fl-UE; |
L. |
billi fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-UE impenjat ruħha li ttejjeb il-livelli tal-edukazzjoni, tnaqqas ir-rata tal-persuni li jħallu l-edukazzjoni kmieni għal inqas minn 10 % sal-2020, iżżid ir-rata ta’ persuni bejn it-30 u l-34 sena jew dik ekwivalenti għal mill-inqas 40 % u żżid ir-rata tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena li jaħdmu għal 75 %; |
M. |
billi l-kriżi wasslet biex jiżdied l-impjieg prekarju, partikolarment fost iż-żgħażagħ, u billi l-impjiegi full-time kienu ħafna drabi ssostitwiti b’kuntratti ta’ impjieg illimitati, b’impjieg fuq bażi part-time u b’impjieg mingħajr ħlas; |
N. |
billi ż-żgħażagħ ikollhom jidħlu għal taħriġ intern li ħafna drabi jkun iktar bla ħlas milli bil-ħlas, u billi din iċ-ċirkostanza toħloq diskriminazzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja individwali; billi l-problema tal-isfruttament tal-apprendisti għandha tkun dik rikonoxxuta bħala ħaddiema bi qligħ baxx u għalhekk, huwa neċessarju qafas ta’ kwalità għat-taħriġ intern; |
O. |
billi l-SMEs u l-mikrointrapriżi, li huma l-forza prinċipali għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u għall-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, tilfu aktar minn 3,5 miljun impjieg u b’mod sinifikanti naqqsu r-reklutaġġ minħabba l-kriżi ekonomika, fejn l-għeluq ta’ postijiet tax-xogħol affettwa l-ħaddiema kollha, l-iktar liż-żgħażagħ; |
P. |
billi ż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal impjieg ta' kwalità bi qbil mal-ħiliet tagħhom; billi impjieg ta' kwalità huwa fundamentali għad-dinjità u l-awtonomija taż-żgħażagħ tal-Ewropa; |
Q. |
billi l-kriżi ekonomika li bdiet tidher fl-2008 affettwat b’mod negattiv kemm lid-domanda kif ukoll lill-provvista fis-suq tax-xogħol, u b’hekk żiedet b’mod drammatiku l-inċertezza tal-prospetti ta’ impjiegi u għamlitha essenzjali li l-persuni qiegħda kollha jkunu informati aħjar dwar il-prospetti ta’ impjiegi; billi l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet spiss huma inaċċessibbli għall-iktar gruppi deprivati, inklużi ż-żgħażagħ b'diżabilitajiet; |
R. |
billi, minħabba l-enfasi tagħhom fuq il-ħiliet prattiċi, is-sistemi doppji ta’ edukazzjoni fil-klassi u taħriġ vokazzjonali, u korsijiet tal-lawrja akkademiċi-vokazzjonali li jeżistu fi wħud mill-Istati Membri wrew il-valur tagħhom matul il-kriżi; billi l-Kummissjoni ripetutament innutat li sistemi edukattivi doppji effettivi jistgħu jiggarantixxu provvista soda ta' ħaddiema kwalifikati filwaqt li jżommu r-rati ta' qgħad taż-żgħażagħ baxxi; |
S. |
billi t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol tippreżenta mument kruċjali fil-ħajja taż-żgħażagħ, li huwa deċiżiv għall-opportunitajiet futuri tal-karriera, id-dħul matul il-ħajja kollha, kif ukoll is-sitwazzjoni soċjali fit-tul ta’ dawn iż-żgħażagħ; billi f’dan il-kuntest, il-politika ta’ edukazzjoni tippreżenta parti mill-politika tas-suq tax-xogħol; |
T. |
billi l-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008 affettwat b’mod negattiv kemm lid-domanda kif ukoll lill-provvista fis-suq tax-xogħol, u b’hekk żiedet b’mod drammatiku l-inċertezza tal-prospetti ta’ impjiegi u għamlitha essenzjali li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-investiment fil-ħolqien tal-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni minn Stati Membri; billi l-konsegwenzi jistgħu jinkludu żieda fil-konflitti soċjali u inkwiet soċjali; |
U. |
billi s-servizzi ta’ impjiegi għandhom rwol ċentrali fis-suq tax-xogħol u għalhekk, għandhom jissodisfaw standards għolja ta’ kwalità, li għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza, li dawn l-istandards ta’ kwalità u l-kontrolli relatati magħhom għandhom japplikaw bl-istess mod għas-servizzi ta’ impjiegi pubbliċi u privati; |
V. |
billi parti mis-soluzzjoni għall-qgħad tista’ tkun l-iżvilupp ta’ edukazzjoni vokazzjonali ta’ kwalità għolja u sistemi ta’ taħriġ b’għalliema u persuni li jħarrġu bi kwalifiki għoljin, metodi ta’ tagħlim innovattivi, infrastruttura u faċilitajiet ta’ kwalità għolja, relevanza għolja għas-suq tax-xogħol u possibilitajiet għal aktar edukazzjoni u taħriġ; |
W. |
billi ż-żgħażagħ jammontaw għal 40 % ta’ dawk impjegati fuq kuntratti temporanji, iżda jammontaw biss għal 13 % tal-impjiegi totali u wieħed minn kull ħames żgħażagħ jibżgħu li jitilfu l-impjieg tagħhom; |
X. |
billi f’xi Stati Membri jidher distakk li qed jikber bejn il-ħiliet tal-gradwati u r-rekwiżiti tal-ħiliet tas-suq tax-xogħol; |
Y. |
billi l-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol m'għandhiex tipprekludi lit-tfal milli jiksbu l-bażi inizjali tal-għarfien l-aktar wiesgħa possibbli għaliex dan huwa l-aħjar mod kif jiġi żgurat li huma se jadattaw għall-instabbiltà tas-suq tax-xogħol u tal-ħajja b'mod ġenerali; billi ħafna studji juru l-importanza ta’ edukazzjoni ta’ kwalità tajba fis-snin bikrija tal-iskola sabiex jiġi evitat it-tluq kmieni mill-iskola u t-tfal mill-isfondi soċjali l-aktar żvantaġġati jintegraw aħjar; |
Z. |
billi r-riżorsi edukattivi miftuħa jtejbu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-ekwità tal-edukazzjoni u jiffaċilitaw proċess ta’ tagħlim interattiv, kreattiv, flessibbli u personalizzat permezz tal-użu tal-ICT u teknoloġiji ġodda; billi l-edukazzjoni miftuħa ttejjeb l-impjegabilità sostnuta billi tappoġġja t-tagħlim tul il-ħajja; |
AA. |
billi kemm l-għalliema fl-iskejjel kif ukoll fl-università jiffaċċjaw sfidi bla preċedent tal-ambjent ekonomiku globali li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, li jirrikjedi l-iżvilupp ta’ ħiliet u sett ta’ kompetenzi ġodda, approċċi innovattivi u metodi moderni ta’ tagħlim bħala fattur ewlieni għall-edukazzjoni prosperuża u l-impjegabilità taż-żgħażagħ; |
AB. |
billi 60 % tal-gradwati huma nisa, u sikwit jitqiegħdu f'pożizzjonijiet fejn ma jkunux impjegati jew imħallsa skond il-kwalifiki tagħhom; billi n-nisa żgħażagħ huma effettwati wkoll b’differenzi bejn is-sessi f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ impjieg u ta’ impjieg, li jwassal għal differenza fis-salarji (attwalment ta' 16,2 %) kif ukoll differenza fil-pensjonijiet; |
AC. |
billi l-flessibilità u l-insikurezza tal-impjiegi għandhom effett akbar fuq l-impjieg tan-nisa milli fuq dak tal-irġiel: billi, fit-tielet kwart tal-2012, madwar 60 % tal-ħaddiema kollha part-time fil-grupp ta’ età bejn il-15 u l-24 sena kienu nisa, filwaqt li fl-istess grupp ta' età, 64 % tal-ħaddiema temporanji kollha b’livell ta’ edukazzjoni terzjarja, kienu wkoll nisa; |
AD. |
billi minkejja l-Artikolu 19 TFUE tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 u d-Direttiva 2006/54/KE tal-5 ta' Lulju 2006, in-nisa żgħażagħ għadhom ibatu minn diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u l-ġeneru meta jidħlu fis-suq tax-xogħol; billi l-aċċess għas-suq tax-xogħol uffiċċjali hu aktar diffiċli għal nisa minn gruppi soċjali vulnerabbli, inklużi minoranzi etniċi; |
AE. |
billi l-maternità sikwit ixxekkel l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-ommijiet żgħażagħ u b’hekk tikkontribwixxi għat-twessigħ tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi; |
AF. |
billi huwa meħtieġ li miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ jiġu integrati fi strateġija makroekonomika konsistenti, orjentata lejn il-futur u l-investiment li jiżguraw il-kundizzjoni għall-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u tas-seklu 21 kif ukoll tranżizzjoni effettiva mill-edukazzjoni għall-impjieg; |
1. |
Jenfasizza li l-miżuri politiċi nazzjonali u tal-UE għaż-żieda fl-impjiegi għaż0żgħażagħ għandhom ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin, u għandhom jiffokaw b'mod partikolari fuq edukazzjoni (vokazzjonali) ta' kwalità għolja, taħriġ u provvista ta' esperjenza tax-xogħol, biex b'hekk iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiksbu impjieg stabbli ta' kwalità tajba; jenfasizza li l-ħolqien ta' opportunitajiet għal apprendistati mħallsin b'mod adegwat u attivitajiet volontarji fl-interess pubbliku jista' jippermetti liż-żgħażagħ jieħdu sehem f'attivitajiet ta' importanza soċjali u jiksbu esperjenza professjonali; |
2. |
Jiddeplora ll-fatt li l-miżuri tal-kriżijiet kurrenti diretti lejn infiq pubbliku mnaqqas fil-pajjiżi fi kriżi diġà kellhom impatt negattiv dirett fuq iż-żgħażagħ minħabba t-tnaqqis fl-edukazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u s-servizzi ta’ appoġġ; |
3. |
Jenfasizza d-diversità ta’ gruppi fost iż-żgħażagħ qiegħda fejn huwa meħtieġ li jiġu identifikati skont il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet tagħhom sabiex itejbu l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda; għandhom jiġu identifikati l-kompetenzi ewlenin li jippermettu li dawn iż-żgħażagħ ikollhom aċċess aktar mgħaġġel, stabbli u durabbli għas-suq tax-xogħol; Għandha tingħata importanza speċjali liż-żgħażagħ li ma għandhom l-ebda titolu, la jistudjaw, la jaħdmu u lanqas imħarrġa; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri li għandhom aktar minn 25 % qgħad fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi għal mill-anqas 10 % miż-żgħażagħ affetwati; |
5. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal politiki tas-suq tax-xogħol attivi, komprensivi u integrati bl-għan li jinħoloq l-impjieg, b'miżuri speċjali għaż-żgħażagħ, sabiex minn banda tiġi evitata ħela ta' riżorsi disponibbli u mill-banda l-oħra jonqos l-ammont ta' żgħażagħ qiegħda, u mhux sempliċement jiġi riċiklat; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżaminaw l-eżempji tal-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra għall-prattikabbiltà fis-swieq tax-xogħol rilevanti u jieħdu miżuri xierqa fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza l-esperjenzi tajbin minn pajjiżi li għandhom is-sistema tal-ETV u s-sistema doppja ta' taħriġ biex tittejjeb it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, u b'hekk tingħeleb id-differenza bejn il-ħiliet miksuba bit-taħriġ u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-kompitu tal-Kummissjoni huwa li tagħti appoġġ attiv lil sforzi bħal dawn, u jitlobha tirrapporta b'mod regolari fuq l-isforzi ta' riforma tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta' taħriġ vokazzjonali; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli b'riskju għoli ta' esklużjoni soċjali, inklużi n-NEETs; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor l-istejjer ta’ suċċess tat-taħriġ taż-żgħażagħ u terġa’ toħroġhom bħala manwal għal Stati Membri oħra; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport annwali dwar ir-riforma tas-sistemi edukattivi fl-Istati Membri u sussegwentement, tipprovdi kontribuzzjoni strutturali u fit-tul biex titjieb l-impjegabilità taż-żgħażagħ; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida kwalitattivi għal sistema doppja ta’ edukazzjoni moderna, imsaħħa minn lista ta’ impjiegi ewlenin mhux akkademiċi definiti b’mod wiesa’ fl-Ewropa; |
9. |
Jenfasizza l-importanza li jitjiebu l-istandards tal-kwalità u l-aċċessibilità fl-edukazzjoni għolja u fl-ETV; jenfasizza wkoll l-importanza tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskola kif ukoll fl-ETV; |
10. |
Jenfasizza li l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, inklużi l-imsieħba soċjali, is-servizzi ta’ impjiegi, l-awtoritajiet tat-taħriġ u l-edukazzjoni, impjegaturi individwali, NGOs, u b'mod partikolari wkoll organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-istudenti, huwa essenzjali għal diżinn, implimentazzjoni u monitoraġġ b'suċċess ta' għadd ta' miżuri li jrawmu l-impjiegi u l-impjegabilità taż-żgħażagħ b'mod integrat; jenfasizza li l-miżuri għall-impjiegi taż-żgħażagħ li jkunu durabbli u ta’ kwalità għolja jeħtieġu jkunu flessibbli bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet li dejjem qegħdin jiżviluppaw fis-suq tax-xogħol; jinnota l-bżonn ta’ relazzjonijiet kuntrattwali flessibbli u fl-istess ħin affidabbli, politiki effettivi ta' riintegrazzjoni u attivi u sistemi ta’ sigurtà soċjali moderni; jenfasizza li gwida bikrija b'rabta mal-karrieri għaż-żgħażagħ, sew qabel ma dawn jispiċċaw l-iskola bażika sekondarja tagħhom, hija ta' valur partikolari peress li teħtieġ li l-ġenituri u l-iskejjel itejbu l-kapaċità tagħhom li jgħinu lill-istudenti u jagħtuhom pariri dwar l-għażla tal-edukazzjoni tagħhom u l-karriera sussegwenti; |
11. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jagħtu prijorità lill-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġiji, l-inġinerija u l-matematika fil-programmi edukattivi tagħhom sabiex jilħqu l-iżviluppi futuri mistennija fis-suq tax-xogħol; |
12. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni li n-negozjar kollettiv għandu fil-promozzjoni u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol taż-żgħażagħ impjegati; |
13. |
Jirrikonoxxi li l-investiment fil-ħiliet xierqa huwa fattur importanti li jgħin lill-Istati Membri jinnovaw u jiksbu lura l-kompetittività tagħhom; |
14. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-isfidi bla preċedent tal-ambjent ekonomiku globali li qed jinbidel malajr, li kemm l-għalliema tal-iskejjel u kemm dawk tal-universitajiet qed ikollhom jaffaċjaw; jinnota li fattur muftieħ għall-edukazzjoni b'suċċess taż-żgħażagħ u l-prospetti tagħhom ta' impjieg huwa l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda u settijiet ta’ kompetenzi, approċċi innovattivi u metodi moderni ta’ tagħlim; |
15. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, speċjalment in-nisa, permezz tal-edukazzjoni, is-soċjetà ċivili u inizjattivi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-ħajja demokratika u biex jużaw għodda ġdida u eżistenti biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ politika, b’hekk itejbu l-iżvilupp taż-żgħażagħ, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali tagħhom; |
16. |
Jinsab imħasseb ferm sew dwar it-tnaqqis tal-baġit mill-Istati Membri fil-qasam tal-politika dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ li jista’ jwassal biex iż-żgħażagħ jibqgħu barra kemm mill-edukazzjoni kif ukoll mill-impjiegi, u jfakkar li l-allokazzjonijiet tal-baġit għall-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jitqiesu bħala investiment neċessarju u imprezzabbli għall-futur; |
17. |
Jitlob li jkun hemm edukazzjoni u taħriġ vokazzjoni msaħħa għall-għalliema, b’mod speċjali fir-rigward tal-metodi moderni ta' tagħlim, kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji ġodda; jirrimarka li t-tagħlim tul il-ħajja jibda mill-edukazzjoni fi stadju bikri tat-tfulija u jenfasizza li l-kapaċitajiet fil-qasam tal-lingwi fuq kollox għandhom jiġu promossi b’mod divertenti; |
18. |
Jenfasizza r-rwol tal-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-UE proposta għall-istudenti full-time fil-livell ta’ Masters fl-UE u f'pajjiżi terzi sabiex tiġi ffaċilitata iżjed il-mobilità taż-żgħażagħ u biex jingħata kontribut lill-klassifikazzjoni multidimensjonali tal-universitajiet; |
19. |
Iqis li l-ħtiġijiet lokali u l-karatteristiċi territorjali għandhom jitqiesu biex tiġi permessa identifikazzjoni tal-impjiegi, b'mod partikolari f'setturi innovattivi, bħas-setturi ekoloġiċi u n-negożji soċjali, fil-qafas ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali integrat; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iwaqqfu strateġiji ta' żvilupp territorjali integrati, inklużi komponenti ta' taħriġ u ta' impjieg, billi jibdew b'miżuri biex jevitaw tluq bikri mill-iskejjel, u jibnu rotot lejn l-impjieg għaż-żgħażagħ; |
21. |
Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni partikolarment diffiċli f’ċerti reġjuni fejn il-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar minn 25 %; jilqa' l-fatt li l-appoġġ tal-UE għall-impjieg taż-żgħażagħ se jingħata spinta ulterjuri permezz tal-Inizjattiva tal-Impjiegi taż-Żgħażagħ proposta tal-UE, li se jkollha baġit massimu ta' EUR 8 biljun matul il-perjodu ta' seba' snin bejn l-2014 u l-2020; jenfasizza fl-istess waqt li għall-implimentazzjoni effettiva tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, fiż-żona tal-euro biss, huma meħtieġa skont l-ILO fondi b’ammont ta’ EUR 21 biljun; jaqbel li l-allokazzjoni tal-fondi speċifika għal dawn l-inizjattivi għax-xogħol għaż-żgħażagħ u l-allokazzjoni korrispondenti tal-fondi tal-FSE għandhom ikunu forniti minn qabel; |
22. |
Jenfasizza fuq l-importanza ta’ azzjonijiet immedjati biex jiġu miġġielda l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad għal żmien twil taż-żgħażagħ; jenfasizza wkoll fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw impjiegi fit-tul, sostenibbli u ta’ kwalità; |
23. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-liġi nazzjonali li taffettwa liż-żgħażagħ u b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni nazzjonali bbażata fuq id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (2000/78/KE) ma tintużax biex jiġi ddiskriminat l-aċċess tal-ħaddiema żgħażagħ għall-benefiċċji soċjali; huwa tal-fehma li ħafna aktar għandu jsir biex jiġi żgurat li kemm l-impjegati u kemm min iħaddem ikunu konxji mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni; |
24. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jaġġornaw l-istrateġiji tal-iżvilupp reġjonali tagħhom, biex dawn jirriflettu miżuri biex jiżdiedu l-impjiegi, inkluż l-impjiegi fost iż-żgħażagħ; |
25. |
Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-EPSCO fit-28 ta’ Frar 2013 li jintlaħaq ftehim dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jimplimentaw skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod ambizzjuż fil-livell nazzjonali; jitlob biex l-estensjoni tal-gruppi fil-mira tinkludi żgħażagħ ta' taħt it-30 sena, inklużi gradwati u dawk li jitilqu s-sistemi ta' taħriġ mingħajr kwalifiki; jenfasizza li s-suċċess ta’ din il-miżura se jiddependi ħafna fuq firxa wiesgħa ta’ politiki u kundizzjonijiet qafas, bħal pereżempju l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-infrastruttura u l-kapaċità ta’ servizzi ta’ impjieg, id-disponibilità tal-postijiet tal-istudenti u l-iggradwati, u apprendistati u traineeships ta' kwalità, kif ukoll politiki ġenerali li jwasslu għall-ħolqien tal-impjiegi; jitlob li jkun hemm segwitu adegwat permezz tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tal-Istati Membri u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew biex jiġu faċilitati l-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-titjib kontinwu ta' skemi nazzjonali ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tiġi integrata fi ħdan il-qafas usa’ ta’ politiki nazzjonali dwar is-suq tax-xogħol attiv; |
26. |
Jinforma lill-Istati Membri li l-Parlament għandu l-ħsieb li jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet kollha tal-Istati Membri biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ issir realtà u jistieden lill-organizzazzjonijet taż-żgħażagħ biex iżommu lill-Parlament Ewropew aġġornat dwar l-analiżi tagħhom tal-azzjonijiet tal-Istati Membri; |
27. |
Jitlob lill-parlamenti nazzjonali flimkien mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex iżommu lill-gvernijiet tagħhom responsabbli għat-twettiq tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u biex jieġdu passi sabiex jiżguraw li kull persuna żagħżugħa (qiegħda jew li ħalliet l-edukazzjoni formali) fi żmien erba’ xhur tirċievi offerta ta’ kwalità tajba ta’ impjieg, edukazzjoni kontinwa u apprendistat jew skema ta’ taħriġ; |
28. |
Jenfasizza li l-isforzi u l-finanzjament favur l-implimentazzjoni ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ m'għandhomx jiskoraġixxu l-isforzi strutturali u r-riformi li jeħtieġu jagħmlu biex is-sistemi edukattivi u s-swieq tax-xogħol f’xi Stati Membri jkunu b’saħħithom għall-isfidi tal-ġejjieni; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi miżuri li jiġġieldu b'mod speċifiku l-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-programmi kollha tagħha, filwaqt li ssegwi viżjoni globali u integrata skont l-inizjattiva emblematika “Żagħżagħ Attivi” fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
30. |
Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-impenn tagħhom għall-objettivi tal-Ewropa 2020 ta’ rata ta’ impjieg ta' 75 % kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, u jwissi li l-livell attwali tal-qgħad taż-żgħażagħ jista' jeskludi ġenerazzjoni ta’ nisa mis-suq tax-xogħol, u jkabbar l-inviżibilità u l-vulnerabilità tagħhom; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimmoniterjaw u jippubblikaw id-dejta kollha li għandha x'taqsam mal-politiki biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ (inkluż l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ), jipproduċu statistika reġjonali għall-Istati Membri differenti u jagħtu attenzjoni partikulari għad-dimensjoni tal-ġeneru; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw standards ċari ta' kwalità u indikaturi fir-rigward tal-iżvilupp ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, kif ukoll iżidu l-appoġġ tagħhom għall-protagonisti kollha essenzjali għat-twettiq ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, bħall-imsieħba soċjali nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi ta' impjieg u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jitlob biex l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ jiġu faċilitati permezz ta' inċentivi finanzjarji, inkluż inċentivi fl-akkwist pubbliku, u l-finanzjament għat-taħriġ fil-post, li se jappoġġa l-intrapriżi biex jagħmlu offerti sostenibbli u ta' kwalità għolja b'rabta mal-impjieg u t-taħriġ, li se jirrappreżentaw investiment effettiv u mmirat fil-potenzjal taż-żgħażagħ; jenfasizza r-responsabbiltà speċifika tal-impriżi li għandhom jipprovdu servizzi bħal dawn; |
33. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b’kooperazzjoni ma’ partijiet interessati taż-żgħażagħ u l-Parlament, biex jiżviluppaw pjan ta’ azzjoni dwar l-impjieg taż-żgħażagħ u jidentifikaw miżuri fuq żmien qasir, medju u fit-tul; jiddispjaċih li fid-dibattitu attwali miżuri fuq żmien twil qed jiġu ppreżentati bħala soluzzjonijiet fuq żmien qasir; jenfasizza li fuq żmien qasir l-enfasi għandha tkun fuq tnaqqis immedjat tal-kriżi, kemm għal dawk barra u kemm ġewwa s-suq tax-xogħol b’enfasi fuq is-sigurtà ta’ introjtu ta’ għajxien kif ukoll għażliet dwar is-suq tax-xogħol; jenfasizza li investimenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħolqien ta’ impjiegi, skemi tal-apprendistat u inċentivi mmirati lejn impjegaturi huma prinċipalment fuq żmien medju però huma wkoll miżuri fuq żmien twil li għandhom jiġu miftehma b’mod sod bejn l-atturi kollha u miżmuma għal minimu ta’ ħames snin; jenfasizza li speċjalment meta tibni sistema ta’ edukazzjoni doppja, apprendistati, taħriġ fuq ix-xogħol u integrazzjoni ta’ żgħażagħ fis-suq tax-xogħol huma miżuri fuq żmien twil li għandhom bżonn impenn fuq żmien twil; |
34. |
Jirrakkomanda li fl-Istati Membri li għandhom sistema doppja ta’ edukazzjoni, għandu jkun disponibbli għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li ma jsibux opportunità ta’ apprendistat, “tagħlim ta’ kumpens” u għalhekk, garanzija għall-edukazzjoni f’forma ta’ taħriġ vokazzjonali ma' iktar minn impjegatur wieħed; Fl-Istati mingħajr is-sistema doppja ta’ edukazzjoni għandhom jittieħdu l-passi biex tiġi implimentata sistema aġġustata f’forma xierqa. |
35. |
Jenfasizza li gruppi ta’ etajiet differenti jeħtieġu approċċi differenti biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ impjieg, jiffukaw fuq id-dħul fis-suq tax-xogħol għal gruppi ta’ etajiet iżgħar u biex itejbu is-sigurtà tax-xogħol u s-sigurtà soċjali għal gruppi ta’ etajiet akbar; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu r-rikonċiljazzjoni bejn id-dinja tax-xogħol u l-edukazzjoni sabiex il-mogħdijiet tat-taħriġ, bħal taħriġ doppju, jistgħu jitfasslu sabiex jikkombinaw nozzjonijiet teoretiċi mal-esperjenza prattika, sabiex iż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet ġenerali u għarfien espert speċifiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu wkoll fl-appoġġ għal kampanja sabiex titqajjem il-kuxjenza dwar taħriġ vokazzjonali (ETV) u studji tekniċi u intraprenditorjali; |
37. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu eżempju tajjeb bit-tneħħija tar-reklamar tagħhom għal traineeships bla ħlas mill-websajts rispettivi tagħhom u jħallsu allowance minima abbażi tal-ispejjeż tal-għajxien fil-post fejn ikunu qed joffru apprendistat; |
38. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu politiki ġodda inklussivi u mmirati għas-suq tax-xogħol li jiżguraw l-inklużjoni dinjituża u xogħol li għandu skop għaż-żgħażagħ, pereżempju permezz tat-twaqqif ta’ netwerks inspirazzjonali, arranġamenti ta' traineeships li jinkludu għajnuna finanzjarja sabiex min jitħarreġ ikun jista’ jmur joqgħod xi mkien ieħor u joqgħod qrib il-post fejn ikun qed isir it-taħriġ, ċentri internazzjonali tal-karrieri u ċentri taż-żgħażagħ għal gwida individwali dwar kwistjonijiet bħall-organizzazzjoni u l-għarfien kollettivi tal-aspetti legali li jirrigwardaw it-taħriġ tagħhom; |
39. |
Jistieden lill-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-protagonisti u l-partijiet interessati kollha rilevanti, ifasslu strateġiji ta’ sensibilizzazzjoni addizzjonali speċifiċi rigward in-NEETs, li għandhom jgħaqqdu forom speċifiċi ta' riintegrazzjoni ta' min iħalli l-iskola kmieni biex jidħol lura fl-edukazzjoni jew ix-xogħol; jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jippreżentaw proposti dwar kif se jagħmlu progress biex jintegraw aħjar lin-NEETs permezz tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u strumenti oħra; jenfasizza l-bżonn li jiżdiedu l-impjegabilità u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz tat-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u billi l-iskemi ta' sigurtà soċjali jkunu iktar inklussivi u attivanti; jitlob għat-tneħħija tal-ostakli prattiċi u loġistiċi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ bi bżonnijiet aktar kumplessi jew b'diżabilità meta jidħlu fis-suq tax-xogħol; |
40. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu t-tluq kmieni mill-iskola sabiex jiksbu l-mira stabbilita fl-istrateġija UE 2020 ta’ rata ta' tluq mill-iskola ta' mhux aktar minn 10 % sal-2012; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jiġġieldu t-tluq kmieni mill-iskola u l-analfabetiżmu, eż. iċekknu l-klassijiet, jipprovdu għajnuna għall-istudenti li ma jistgħux iħallsu biex itemmu l-edukazzjoni obbligatorja, iżidu l-enfasi fuq aspetti prattiċi fis-sillabu, jintroduċu konsulenti fl-iskejjel kollha, jistabbilixxu segwitu immedjat ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola; juża l-eżempju tal-Finlandja bħala eżempju ta’ pajjiż li naqqas b’suċċess in-numru ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola billi tiġi studjata mal-istudenti l-possibilità li tinstab direzzjoni ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina proġett fuq l-aqwa prattiki; |
41. |
Jinnota li diġà fl-edukazzjoni bikrija, permezz tal-logħob, tista’ titwitta t-triq lejn edukazzjoni ta’ suċċess u jenfasizza li, b’mod partikolari f’dan il-kuntest, it-taħriġ pedagoġiku u t-taħriġ ulterjuri speċjalizzat tal-għalliema huma ta’ importanza kbira; |
42. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kundizzjonijiet soċjali eċċezzjonali maħluqa mill-kriżi, sabiex ifasslu strateġija biex jipprovdu inċentivi – inklużi inċentivi finanzjarji – għal studenti minn gruppi vulnerabbli ta’ studenti żgħażagħ biex ilestu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom; |
43. |
Jenfasizza l-importanza ta’ netwerk pubbliku ta’ kwalità ta’ residenzi għall-istudenti; |
44. |
Jappoġġa l-istabbiliment tal-Programm Erasmus għal Kulħadd b'kapitolu separat għaż-żgħażagħ kif ukoll allokazzjoni separata tal-baġit korrispondenti, inkluż appoġġ miżjud għal dawk li huma attivi fix-xogħol taż-żgħażagħ, kemm b'mod istituzzjonalizzat kif ukoll mhux; huwa tal-fehma li l-kisba ta' ħiliet, b'mod partikolari ħiliet trażversali (eż. ICT u lingwi), pereżempju permezz tal-istudju, il-ħidma jew il-volontarjat barra l-pajjiż, tista' tippromwovi l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-soċjetà u b'hekk l-integrazzjoni Ewropea, u tista' ttejjeb il-prospetti tagħhom fis-suq tax-xogħol, kif ukoll il-mobilità tal-ħaddiema b'mod ġenerali madwar l-Unjoni; |
45. |
Jenfasizza r-rwol ċentrali li għandu jkollu l-Fond Soċjali Ewropew għandu biex jiġġieled kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tmaniġerjali fil-programmi operazzjonali kollha biex jiżguraw li jkunu inklużi miżuri mmirati biex jintlaħaq dan il-għan; |
46. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-miżuri stipulati fl-Iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom, billi jqisu l-perspettiva tal-ġeneru f’kull stadju ta’ tħejjija, programmazzjoni u implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri; jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu ċentri ta' impjieg b'persunal imħarreġ b'mod adegwat, li jkunu kapaċi jimplimentaw politiki effikaċi ta' sensibilizzazzjoni u biex jipprovdu arranġamenti speċifiċi għan-nisa, ukoll biex ikun evitat il-qgħad fit-tul u r-riskju tal-esklużjoni soċjali; |
47. |
Jenfasizza li biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ issir realtà, jeħtieġ li jiġi ggarantit ir-rispett għan-negozjar kollettiv għall-pagi u l-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali; |
48. |
Jissottolinja l-importanza li ż-żgħażagħ jitgħallmu ħiliet ġenerali bħall-ICT, tmexxija, il-ħsieb kritiku, lingwi u ħiliet intraprenditorjali, inklużi permezz ta' perjodi ta' studju barra minn pajjiżhom sabiex itejbu l-prospetti tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-abilità tagħhom li jadattaw għall-iżilvuppi futuri tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jagħtu aktar importanza lil dan it-tip ta' ħiliet fil-kurrikula tal-edukazzjoni tagħhom; |
49. |
Jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ biex joħolqu u jiżviluppaw in-negozju tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw intraprendituri żgħażagħ u żgħażagħ impjegati għal rashom billi jiffaċilitaw u jissimplifikaw l-aċċess għall-finanzi, inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, jindirizzaw liġijiet dwar is-solvenza u joħolqu kundizzjonijiet preferenzjali ġenerali li għandhom jinkludu konsulenza effiċjenti u mentoring u jipprovdu inkubaturi għan-negozji; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinkuraġġixxu, jippromwovu u jappoġġjaw il-bidu ta’ intrapriżi u ta’ impjieg għal rashom min-nisa żgħażagħ billi jipprovdulhom taħriġ, pariri u aċċess aktar faċli għall-kreditu u għall-mikrokreditu fuq termini favorevoli u b'faċilitazzjonijiet fiskali, b’mod partikolari għall-SMEs; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġġieldu kontra l-isterjotip li l-intraprenditorija hi riskjuża u attività ddominata mill-irġiel; jenfasizza li, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni ġenerali tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex l-intraprenditorija tkun promossa b'mod aktar effettiv, għandhom jittieħdu miżuri li jappoġġjaw il-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn l-imprendituri nisa u biex jitħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerks ta' pjattaformi għall-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki; |
52. |
Jilqa’, fil-kuntest tal-promozzjoni tal-impjieg indipendenti fost iż-żgħażagħ, is-suċċessur propost għall-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Progress inkluża fil-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, sabiex id-domanda tiġi sodisfata aħjar, anke fost iż-żgħażagħ li jibdew negozji żgħar, inklużi start-ups ta' studenti universitarji; jilqa' l-impenn tal-BEI li jagħti attenzjoni partikolari lill-investimenti li jtejbu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex dawn jiksbu aċċess għal impjiegi produttivi; jenfasizza li t-tliet assi tal-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni jipprovdu mezzi kif jiġi miġġieled il-qgħad taż-żgħażagħ; |
53. |
Jenfasizza li, waqt li l-ekonomija tal-internet toħloq 2,6 impjiegi għal kull impjieg “off-line” li jintilef, huwa importanti li ż-żgħażagħ jittrasformaw il-ħiliet diġitali tagħhom fi programmar, iddiżinjar jew marketing soċjali f’impjieg billi jużaw fondi nazzjonali u Ewropej disponibbli; |
54. |
Jitlob approċċ politiku olistiku ambizzjuż kemm f’livell Ewropew kif ukoll nazzjonali li jeżamina l-inizjattivi tal-edukazzjoni, taħriġ, impjieg ta' kwalità u impjieg indipendenti u mobilità fl-impjiegi, għaż-żgħażagħ kollha fil-livelli differenti kollha, b’mod integrat; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jidħlu f’konsultazzjonijiet wiesgħa ma’ universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi oħra, bil-ħsieb li jadattaw aħjar il-kurrikuli ta' edukazzjoni u ta' taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; fid-dawl tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss 2014-2020, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi komprensiva dwar il-programmi tal-UE u s-sorsi finanzjarji investiti fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-perjodu tal-programmazzjoni 2007-2013, u tirrapporta dwar il-kwsitjoni lill-Parlament u lill-Kunsill; jenfasizza li l-qgħad taż-żgħażagħ huwa marbut ma' tkabbir ekonomiku dgħajjef fil-parti l-kbira tal-Istati Membri; jenfasizza għalhekk il-bżonn urġenti li jiġu prijorizzati forom ta' tkabbir favorevoli tal-impjiegi li minnu jibbenefikaw iż-żgħażagħ ukoll, u biex jiġu indirizzati l-ostakli strutturali għad-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta għal programm Korp għaż-Żgħażagħ Ewropej bl-għan li ż-żgħażagħ taħt it-30 sena ta’ madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jagħmlu xogħol volontarju fi Stat Membru ieħor barra minn dak tagħhom għal perjodu ta’ tliet xhur; jenfasizza li l-idea tal-Korp għaż-Żgħażagħ Ewropej hija li jagħti liż-żgħażagħ iċ-ċans li jużaw u jtejbu l-ħiliet soċjali u edukattivi tagħhom, iżidu l-għarfien taż-żgħażagħ ta’ Stat Membru ieħor u jippromwovu l-ħbiberija u l-integrazzjoni madwar l-UE; jenfasizza li x-xogħol li jsir mill-Korp għaż-Żgħażagħ għandu jkun volontarju u bla ħlas u m’għandux jissostitwixxi impjiegi eżistenti fil-pajjiż taż-żjara; jemmen li Korp għaż-Żgħażagħ għandu jitqies bħala sħubija pubblika-privata bl-għan li jitwaqqaf programm fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirċievu għotja individwali li tkopri l-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-għajxien għal massimu ta’ tliet xhur; |
56. |
Iqis li l-istabbilimenti tal-edukazzjoni u/jew it-taħriġ għandhom jirranġaw kollokamenti ekstrakurrikulari sabiex jipprovdu lill-istudenti bl-esperjenza fil-qasam magħżul tagħhom bħala mezz biex jikkonsolidaw l-għarfien tagħhom u jistabbilixxu konnessjonijiet mal-post tax-xogħol; |
57. |
Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni bejn in-negozji u s-settur edukattiv fil-livelli kollha u jsaħħu s-sħubija tagħhom, bil-għan ta’ rabta aħjar tal-kurrikula mad-domandi tas-suq tax-xogħol, pereżempju bl-estensjoni tal-Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali u l-Alleanzi tal-Għarfien; |
58. |
Jenfasizza l-importanza tat-titjib fil-kwalità tal-ETV bil-għan li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-edukazzjoni u d-domanda tas-suq tax-xogħol; iqis li l-promozzjoni tal-ETV m’għandhiex issir askapitu tal-edukazzjoni għolja; jenfasizza li l-interazzjoni bejn l-ETV u l-edukazzjoni għolja u l-ftuħ ta’ toroq mill-ETV għal edukazzjoni għolja għandhom jitjiebu; jenfasizza li hemm bżonn ta' kurrikula aktar flessibbli sabiex jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol u jadattaw aħjar għall-iżviluppi futuri tas-suq tax-xogħol; |
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships, abbażi tal-proposti preċedenti tagħha għal Karta Ewropea tal-Kwalità dwar it-Traineeships u l-Apprendistati (15), inkluża definizzjoni ta' traineeships ta' kwalità bi kriterji għal kumpens, kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tas-saħħa u s-sigurtà adegwati; jistieden lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali jiżguraw standards ta’ kwalità adegwati għat-traineeships, billi jiżguraw li dawn ikunu jaqblu mal-bżonnijiet taż-żgħażagħ biex dawn jiżviluppaw ħiliet rilevanti, appoġġati minn monitoraġġ obbligatorju, kif ukoll jiżguraw standards dwar il-kwalità għal sejba ta' esperjenzi prattiċi ta’ xogħol, fost l-oħrajn sabiex jiġi miġġieled l-abbuż tal-apprendisti bħala sostituzzjoni bl-irħis għall-impjiegi; jenfasizza li l-promozzjoni attiva u s-sensibilizzazzjoni rigward tali standards huma meħtieġa; |
60. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ migranti u jagħtu prijorità lit-tema tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-mainstreaming tal-politiki ta' integrazzjoni, minħabba li x-xogħol huwa ċ-ċavetta għall-integrazzjoni ta’ suċċess; jenfasizza li d-diffikultajiet li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ migranti fil-kisba ta' gwida dwar il-karriera għandhom jitqiesu u li l-integrazzjoni tal-migranti żgħażagħ fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol għandha tkun monitorjata u evalwata; |
61. |
Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali Ewropej biex jieħdu l-impenn lejn approċċ ambizzjuż biex jiżviluppaw l-Alleanza għall-Apprendistati li se tiġi mnedija f'Lulju 2013, kif ukoll jappoġġaw kampanji Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali biex jinbidlu l-perċezzjonijiet dwar it-taħriġ vokazzjonali; jemmen li l-Alleanza għandha torganizza forum regolari ta' diskussjoni dwar il-monitoraġġ tal-istrateġija Ewropea dwar l-apprendistati mal-partijiet interessati kollha Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament għandu jiġi pprovdut biex jiġu faċiltati attivitajiet ta’ taħriġ transkonfinali li jippermettu li kumpaniji u organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali jsiru involuti fl-istabbiliment ta’ sistemi doppji ta’ edukazzjoni; |
62. |
Jistieden lill-Istati Membri, bi ftehim mal-Kummissjoni, biex jistabbilixxu miżuri u konċessjonijiet għal kuntratti ta’ apprendistat u bonus għat-tnedija ta’ intrapriża miż-żgħażagħ taħt il-35 sena; |
63. |
Jenfasizza l-bżonn li jitjieb il-qafas tal-imsieħba soċjali u r-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji u d-ditti sabiex huma jinkorporaw aħjar il-Karta ta’ Apprendistati ta’ Kwalità Tajba kif ukoll il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; |
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, fit-tfassil tal-Programm għall-2014-2020, jistabbilixxu kriterji aktar rigorużi u kwantifikabbli dwar it-tfassil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-objettivi tal-Fondi Strutturali, b'miri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, li wkoll għandha tkun tista' titkejjel abbażi tal-ġeneru (fil-perjodu bejn l-2007-2011, 52 % tal-benefiċjarji tal-Fond Strutturali kienu nisa); |
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra adattament ulterjuri tal-FSE sabiex jagħti appoġġ addizzjonali fl-oqsma tat-taħriġ tan-nisa żgħażagħ, aċċess għall-impjieg u għall-kura tat-tfal; |
66. |
Jemmen li, billi tappoġġa u tissupplimenta l-isforzi tal-Istati Membri biex tingħata ħajja lill-attività ekonomika u jitrawwem l-impjieg fit-territorju kollu, il-politika ta' koeżjoni tal-UE tirrappreżenta għodda fundamentali li permezz tagħha l-Unjoni tista' tgħin biex tingħeleb din is-sitwazzjoni attwali, li tipprovdi gwida u ssawwar l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali meħtieġa, tikkonċentra l-investiment fuq azzjonijiet ta’ prijorità sabiex timmassimizza l-impatt tal-investiment fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika ta' reġjun jew Stat Membru, tistimola l-ekonomija u tgħin biex jinħolqu impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ; jitlob għalhekk lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ u kkoordinat mill-fondi disponibbli tal-UE (FEŻR, FSE, FK, FAEŻR u FEMS), u b'hekk jippermettu liż-żgħażagħ li jkollhom parti attiva fl-ekonomija u s-soċjetà; jenfasizza li għandhom jitqiesu l-karatteristiċi reġjonali, billi dawn jistgħu jikkostitwixxu s-suċċess jew il-falliment tal-inizjattivi taż-żgħażagħ madwar l-UE, u b'mod partikolari fl-iktar reġjuni żvantaġġati u fir-reġjuni periferiċi, fejn l-investiment huwa meħtieġ biex jiżgura koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
67. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jħaddnu l-opportunitajiet ta’ impjieg għaż-żgħażagħ lokalment, u jikkumplimentaw dan billi jiffaċilitaw il-mobilità taż-żgħażagħ lejn pajjiżi oħra tal-UE u lilhinn (16); jitlob miżuri li jtejbu t-taħriġ u l-esperjenza, inkluż it-tneħħija ta' ostakli għal apprendistati u traineeships transkonfinali; jixtieq li jara iktar progress lejn ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-ħiliet u koordinazzjoni msaħħa tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, speċjalment rigward is-sistemi tal-pensjoni, kif ukoll investiment sostanzjali kontinwu fit-tagħlim tal-lingwi sa minn età bikrija; |
68. |
Jitlob lill-Istati Membri jkomplu bil-proċess ta’ riforma u żvilupp ta’ servizzi tal-impjiegi pubbliċi sabiex jimmiraw aħjar l-attivitajiet u l-approċċi tagħhom lejn iż-żgħażagħ bħala komponent fundamentali ta’ kwalunkwe Strateġija nazzjonali ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ; jenfasizza l-bżonn li jiġu introdotti riformi għal EURES bl-għan li jintlaħaq qbil proattiv bejn dawk li qed ifittxu xogħol jew jixtiequ jibdlu x-xogħol għal postijiet vakanti eżistenti, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar l-EURES, inkluż in-netwerk ta' konsulenza tagħha, u tiżdied il-viżibilità u d-disponibilità tagħha, bħala sistema li tipprovdi konsulenza dwar il-karrieri u li tgħin lill-istudenti jsiru aktar konxji mill-opportunitajiet ta’ impjiegi eżistenti; jenfasizza l-bżonn għal koordinazzjoni iktar mill-qrib bejn il-EURES u portali u servizzi oħra għaċ-ċittadini u n-negozji (eż. 'EURES my first job', punti ta’ informazzjoni Europe Direct jew in-Netwerk ta’ Intrapriżi Ewropej għall-SMEs), għal effiċjenza u effikaċja akbar tas-servizzi pprovduti; jilqa' l-ħidma tal-Kapijiet tas-Servizzi ta' Impjieg Pubbliku (HoPES), u jappoġġa l-istituzzjonalizzazzjoni tiegħu; |
69. |
Jitlob lill-Istati Membri biex, fin-nuqqas ta’ ċifri speċifiċi dwar il-fluss ta’ migrazzjoni taż-żgħażagħ, joħolqu mekkaniżmi ta’ riċerka, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ tali mobiltà li jistgħu jiġu trasferiti għal EURES biex jiġu indirizzati aħjar tali fenomeni; |
70. |
Jenfasizza wkoll l-importanza li aktar żgħażagħ ikunu konxji dwar l-użu tal-konsulenza offrut fil-qafas tas-servizzi tal-impjieg pubbliċi, tissaħħaħ l-isħubija ma’ skejjel u universitajiet kif ukoll li ssir ħidma għal integrazzjoni aħjar permezz tan-netwerk tal-EURES; |
71. |
Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jivvalidaw kif xieraq it-tagħlim informali u mhux formali u l-edukazzjoni u l-kompetenzi miksuba, flimkien ma’ esperjenza professjonali oħra, bħala forma ta’ valorizzazzjoni tal-kompetenzi, biex iż-żgħażagħ jagħtu prova tal-edukazzjoni u l-kompetenzi tagħhom b'rabta mar-rekwiżiti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol b'suċċess; |
72. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw it-trasparenza u l-armonizzazzjoni fir-rikonoxximent tal-kwalifiki fl-Unjoni, partikolarment permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, l-Europass u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tal-edukazzjoni non-formali u informali, u speċjalment biex ikun żgurat ir-rikonoxximent transkonfinali ta’ tagħlim mhux formali u informali; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni f'waqtha u tar-rapportar dwar dawn l-inizjattivi; |
73. |
Jenfasizza li l-problema tal-“ħela ta' mħuħ” (brain waste) teħtieġ tiġi indirizzata, għaliex il-fatt li persuni bi kwalifiki u ħiliet għolja jkunu qegħdin jaħdmu f'xogħol ferm taħt il-potenzjal tagħhom jirriżulta fin-nuqqas ta' użu tal-ħiliet u l-kwalifiki attwali tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jaffettwahom b'mod negattiv fuq livell soċjali u psikoloġiku; |
74. |
Jirrikonoxxi li l-mobilità transkonfinali tax-xogħol tista' parzjalment tkun soluzzjoni effettiva biex ikun hemm qbil bejn id-domanda u l-provvista tax-xogħol madwar l-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri biex, fl-istess waqt, jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jipprevjenu l-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ permezz ta' miżuri sostenibbli li jiżguraw opportunitajiet ta' impjieg għal ħaddiema b'ħiliet kbar fl-Istat Membru jew reġjun tagħhom stess; |
75. |
Jidentifika t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol bħala mument kruċjali għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza ta' miżuri li jiffavorixxu tranżizzjoni sikura; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jiżviluppaw servizz personalizzat għall-għoti ta’ pariri dwar il-karrieri, jissaħħu l-miżuri ta' gwida u ta' konsulenza, kif ukoll servizzi ta’ kollakament imfasslin apposta għall-bżonnijiet tal-individwu, li jibdew fl-ewwel snin tal-iskola sekondarja, bl-għan li jippermettu liż-żgħażagħ jagħmlu għażliet infurmati sew dwar l-edukazzjoni futura jew it-taħriġ vokazzjonali tagħhom, filwaqt li jintroduċu mekkaniżmi li jistgħu jimmonitorjaw l-opportunitajiet offruti u jivvalutaw ir-rata ta’ suċċess tat-tranżizzjoni sussegwenti lejn ix-xogħol ta’ dawk iż-żgħażagħ; |
76. |
Jenfasizza l-importanza kull impriża li tkun laħqet ċertu daqs, tkun imħeġġa toffri postijiet għat-taħriġ fil-qafas tas-sistema doppja ta’ edukazzjoni, sakemm l-impriża ma tkunx tinsab f’diffikultajiet ekonomiċi kbar barra minn hekk, l-impriża għandha toffri impjieg lill-apprendisti wara li jtemmu t-taħriġ tagħhom; |
77. |
Jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu, jekk jixtiequ, jirċievu assistenza effettiva fl-għażla tal-karriera tagħhom, biex isiru jafu dwar id-drittijiet tagħhom u d-dħul minimu tagħhom; |
78. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu fil-kurrikulum tal-universitajiet taħriġ bażiku dwar tfittxija għal xogħol; |
79. |
Jemmen li s-sistemi edukattivi tal-UE għandhom jippromwovu l-prinċipju ta’ ekwità u opportunitajiet indaqs; jitlob il-promozzojni tal-ħiliet meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għat-taħriġ tul il-ħajja, li hija kundizzjoni essenzjali fis-soċjetà tal-għarfien; |
80. |
Jenfasizza li r-riżorsi finanzjarji kollha investiti fil-ġlieda attiva kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandhom jintefqu b’mod effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-miżuri ta’ impjiegi implimentati, li għandha tkun pubblika u faċli biex iċ-ċittadini jaċċedu għaliha, kif ukoll sistema ta’ verifika tal-effikaċja ta’ dawk il-miżuri, bl-għan li dejjem issir aktar ħidma lejn politiki bbażati fuq l-evidenza li jistgħu wkoll jiġu kondiviżi fil-livell tal-UE; f’dan ir-rigward, jinnota li l-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ indikaturi ta’ riżultat u tal-impatt tista’ tikkontribwixxi għall-valutazzjoni kwalitattiva u kwantittativa tal-progress miksub fil-programmi differenti; |
81. |
Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom rwol rikonoxxut fil-monitoraġġ u, fejn applikabbli, fl-implimentazzjoni ta’ politiki u inizjattivi mmirati biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ |
82. |
Jenfasizza l-bżonn li jsir investiment fil-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi stabbli u ta’ kwalità bħala l-mod kif iż-żgħażagħ jista’ jkollhom ħajja deċenti; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmobilizzaw il-fondi disponibbli kollha biex jistimulaw l-investimenti b’mod partikolari fl-impjiegi ekoloġiċi bl-għan li tiġi miġġielda r-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; |
83. |
Huwa tal-fehma li huma meħtieġa strateġiji ta’ tagħlim aktar attraenti, b’inserzjoni reġjonali aħjar u l-ħolqien ta' netwerks ta' pjattaformi għall-iskambju ta' esperjenzi u tal-aħjar prattika bejn ir-reġjuni u l-Istat Membri, filwaqt li jitqiesu d-diversi sitwazzjonijiet u jkun permess użu flessibbli b’konformità mal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull reġjun, jiġu definiti oqsma prijoritarji għall-iżvilupp ta' kull reġjun; |
84. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn is-sessi li jkunu adatti sabiex iqisu l-gruppi soċjali vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabilità, il-migranti u l-ommijiet waħedhom; |
85. |
Jistieden lill-Istati Membri jsegwu politiki li jinkoraġġixxu l-preżenza tan-nisa fis-setturi u fil-karrieri fejn huma sotto-rappreżentati, bħal fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija (fl-2009, 33 % biss tax-xjentisti riċerkaturi fl-UE kienu nisa) u fis-settur ekonomiku u finanzjarju, peress li l-għażla ta’ dawn il-karrieri tippermetti li n-nisa jkunu aktar kompetittivi fis-suq tax-xogħol; |
86. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġġieldu s-segregazzjoni bejn is-sessi kemm fl-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol, billi jidentifikaw korsijiet ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ speċifiċi u tagħlim ibbażat fuq segwitu kontinwu, iżommu mal-konklużjonijiet stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 bit-titolu “Reviżjoni tal-Edukazzjoni” (COM(2012)0669), jgħaqqdu l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ mal-politiki dwar l-impjiegi fil-mira għan-nisa żgħażagħ; u jippromwovu u jipprovdu inċentivi għall-impjieg tan-nisa f’setturi ta’ żvilupp strateġiku; |
87. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għan-nisa żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, jieħdu miżuri li jħalluhom jibqgħu impjegati, filwaqt li jiffokaw fuq impjiegi ta’ kwalità u tkabbir professjonali, u jagħlqu d-differenzi fir-rigward tad-dħul fis-suq tax-xogħol, tal-karrieri u tal-pagi li minn dejjem ikkaratterizzaw ir-relazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fil-post tax-xogħol; |
88. |
Ħu tal-fehma li l-għajnuna għan-nisa biex jirritornaw lura fis-suq tax-xogħol tirrikjedi soluzzjonijiet multidimensjonali ta’ politika li jinkludu t-taħriġ tul il-ħajja u azzjoni għall-ġlieda kontra x-xogħol prekarju u l-promozzjoni ta’ xogħol bidrittijiet u prattiki divrenzjati ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, fuq talba tal-mara, sabiex ma jkollhomx għalfejn iħallu l-karrieri tagħhom, jew iwaqqfuhom għal xi żmien; |
89. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki adegwati b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali u jintroduċu miżuri speċifiċi, inkluż taħriġ iffukat fuq ix-xogħol u programmi ta’ impjieg sabiex jiżguraw opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel żgħażagħ sabiex jiksbu esperjenza reali ta’ xogħol; |
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw politiki li jinkludu l-perspettiva tal-ġeneru u li jimmoniterjawha, u li jippermettu aċċess ta’ ċittadini mingħajr xogħol għal servizzi ta’ reklutaġġ u ta’ appoġġ soċjali; |
91. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0224.
(3) O-000106/2012; B7-0113/2012.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0016.
(5) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(6) Eurofound (2012), NEETs: young people not in employment, education or training: characteristics, costs and policy responses in Europe', Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(7) Eurofound (2012), Effectiveness of policy measures to increase the employment participation of young people, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(8) Eurofound (2011), Helping young workers during the crisis: contributions by social partners and public authorities, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu
(9) Testi adottati, P7_TA(2013)0092.
(10) Eurofound (2012) Żviluppi ta’ politika reċenti relatati ma’ dawk mhux impjegati, f’edukazzjoni jew f’taħriġ (NEETs), L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu (http://www.eurofound.europa.eu/docs/erm/tn1109042s/tn1109042s.pdf)
(11) Eurofound (2013) Inklużjoni attiva ta’ żgħażagħ b’diżabilità jew problemi ta’ saħħa, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu (http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef1226.htm)
(12) Eurofound (2012), “NEETs – Young people not in employment, education or training: characteristics, costs and policy responses in Europe” (NEETs: żgħażagħ mhux impjegati, f’edukazzjoni jew f’taħriġ: karatteristiċi, spejjeż u rispons għall-politika fl-Ewropa). Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(13) Ministeru Federali Awstrijakk għall-Impjieg, Affarijiet Soċjali u Ħarsien tal-Konsumatur, Jannar 2012.
(14) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-12-380_en.htm?locale=fr
(15) COM(2012)0728
(16) B'inizjattivi bħall-Programm MobiPro