This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IE2407
Opinion of the European Economic and Social Committee on Energy — a factor for development and a deeper accession process in the Western Balkans (own-initiative opinion)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-enerġija, fattur ta’ żvilupp u approfondiment tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-enerġija, fattur ta’ żvilupp u approfondiment tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
ĠU C 32, 28.1.2016, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-enerġija, fattur ta’ żvilupp u approfondiment tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2016/C 032/02)
Relatur: |
is-Sur Pierre-Jean COULON |
Nhar id-19 ta’ Frar 2015, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva propja dwar
L-enerġija, fattur ta’ żvilupp u approfondiment tal-adeżjoni tal-Balkani tal-Punent
(opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Еsterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Settembru 2015.
Matul il-511-il sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-6, is-7 u t-8 ta’ Ottubru 2015 (seduta tat-8 ta’ Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’145 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE, wara l-forum tas-soċjetà ċivili tal-Balkani tal-Punent, li sar f’Belgrad fit-2 u t-3 ta’ Ġunju 2015, “[jitlob] li l-Komunità tal-Enerġija, li għandha l-għan li testendi l-acquis tal-enerġija tal-UE lejn il-pajjiżi involuti fit-tkabbir u l-politika tal-viċinat, tiġi msaħħa u integrata iżjed u aktar mill-qrib mal-proġett tal-Unjoni dwar l-Enerġija; l-enerġija għandha tkun fattur ta’ żvilupp u ta’ interkonnettività fir-reġjun, u ċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent għandu jkollhom idea ċara tal-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali li ġġib magħha l-adeżjoni mal-UE.” |
1.2. |
Il-proġett tal-Unjoni dwar l-Enerġija fil-qasam tal-interkonnessjonijiet tal-enerġija għandu jinkludi lill-Balkani tal-Punent. |
1.3. |
L-infrastrutturi tat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass eżistenti għandhom jintużaw b’mod ottimizzat; it-teknika tal-“flussi fid-direzzjoni opposta” għandha tiġi implimentata. Rigward l-istrutturi ġodda potenzjali, l-ebda studju ma għandu jiġi skartat:
|
1.4. |
Għandha tiġi analizzata riżerva solidari għall-ħżin tal-gass fir-reġjun, indipendentement mit-tisħiħ tal-possibilitajiet nazzjonali. |
1.5. |
Il-KESE jilqa’ t-tnedija mill-ġdid tal-istudji dwar l-installazzjoni ta’ terminal tal-gass LNG (gass naturali likwifikat – LNG) fl-Adrijatiku, u jappella għall-implimentazzjoni tagħha. |
1.6. |
Jinħtieġu investimenti relatati mal-enerġija rinnovabbli. Għandhom ikunu bbażati fuq netwerks u interkonnessjonijiet imsaħħa u fuq qafas leġislattiv ċar u stabbli. |
1.7. |
Is-soċjetà ċivili tal-Balkani għandha tiġi assoċjata u integrata sistematikament fil-laqgħat tal-“Komunità tal-Enerġija”; il-KESE u l-kontopartijiet tiegħu fil-pajjiżi għandhom iservu ta’ bażi. |
1.8. |
Il-KESE jappella għal kooperazzjoni interreġjonali aħjar u għall-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija, fatturi ta’ stabbiltà reġjonali msaħħa u ta’ ħolqien ta’ impjiegi. |
1.9. |
Fost l-elementi tal-acquis tal-Unjoni, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika hija ta’ importanza partikolari u għandha tkun is-suġġett ta’ programmi speċifiċi fil-pajjiżi kkonċernati. Għandu jkun hemm kooperazzjoni bejn id-diversi partijiet interessati fil-qasam tal-arloġġi intelliġenti u tas-soluzzjonijiet globali. L-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll l-iffrankar tal-enerġija huma fatturi li jiġġeneraw attivitajiet għall-intrapriżi u fatturi ta’ ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi, iżda wkoll tradizzjonali. |
2. It-tisħiħ tal-proċess ta’ adeżjoni permezz tal-enerġija
2.1. |
Fost il-35 kapitolu tal-acquis tal-UE meħtieġa għall-adeżjoni ta’ Stat ġdid mal-Unjoni hemm il-kapitolu 15, “Enerġija”, li juri l-importanza ta’ din il-kwistjoni. Dan kien diġà ġie indirizzat fil-qafas tal-proċess ta’ adeżjoni mal-Montenegro, u dalwaqt ser jiġi indirizzat fir-rigward tas-Serbja. Madankollu għandu jiġi indikat li f’bosta kapitoli oħra, il-kwistjonijiet tal-enerġija huma jew meħtieġa jew utli ħafna: f’termini ta’ agrikoltura, trasport, negozju, kwistjonijiet soċjali, ambjentali, eċċ., l-enerġija għandha tittieħed inkunsiderazzjoni. |
2.2. |
Ir-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa jinkludi Stati diġà membri tal-UE, Stati kandidati formali u li huma fi stadji varji tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif ukoll Stati li huma kandidati potenzjali. |
2.3. |
Fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati għandhom jitħeġġu jimplimentaw kemm jista’ jkun malajr l-acquis tal-UE, sabiex jippromovu l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea għall-benefiċċju tal-benesseri taċ-ċittadini. |
2.4. |
Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida stabbilixxiet bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha l-kostruzzjoni ta’ Unjoni tal-Enerġija: wieħed mill-Viċi Presidenti tagħha għandu biss il-portafoll dwar din il-kwistjoni u huma kkonċernati mhux inqas minn tnax-il Kummissarju ieħor. Din l-Unjoni tal-Enerġija li l-KESE kien ilu diversi snin jitlob għaliha (ara b’mod partikolari TEN/493) fl-aħħar qiegħda fuq l-aġenda, u ma tistax teskludi mill-bidu tad-diskussjonijiet tagħha pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni fil-perjodu qasir jew medju; l-opinjoni msemmija hawn fuq kienet tirreferi wkoll espressament għall-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi. |
2.5. |
Il-“Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija”, ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta’ Frar 2015, is-suġġett tal-Opinjoni TEN/570, jipproponi li tissaħħaħ il-Komunità tal-enerġija. Huwa jenfasizza l-ħtieġa għal integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-UE u l-pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija. Huwa jsemmi wkoll b’mod espliċitu lill-firmatarji ta’ din il-Komunità fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kriżijiet fil-provvista. Dan ħabbar finalment l-aġġornament regolari tal-proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija ta’ interess komuni (PCI), li issa jista’ jiġi estiż għal proġetti ta’ interess Komunitarju fil-qasam tal-enerġija (PECI). |
2.6. |
Irid jinstab bilanċ bejn is-sorsi tradizzjonali u rinnovabbli tal-enerġija: biex dan isir, fin-netwerks elettriċi jridu jinħolqu interkonnessjonijiet ġodda jew jissaħħu l-interkonnessjonijiet eżistenti man-netwerks tal-UE. Kwistjoni importanti fir-rigward tal-gass hija li l-provvisti għandhom jiġu żgurati permezz ta’ interkonnessjonijiet ta’ solidarjetà mal-UE, iżda wkoll bil-ħolqien ta’ terminal tat-trasportatur tal-LNG. Fl-aħħar nett, il-proġett tal-pipeline tal-gass “Turkish Stream”, li jissostitwixxi l-proġett fallut “South Stream”, huwa opportunità, bħalma huma l-proġetti tat-Trans Adriatic Pipeline (TAP) jew Ionian Adriatic gas Pipeline (IAP). Għandu jitfakkar li dan ir-reġjun huwa kważi passaġġ obbligatorju bejn ir-reġjuni ta’ produzzjoni (żejt, gass) u r-reġjuni ta’ konsum kbir fl-Unjoni. Iżda l-prijorità għandha tkun l-użu tal-infrastrutturi eżistenti, spiss mhux użati biżżejjed; l-implimentazzjoni tal-“flussi fid-direzzjoni opposta” għandha tiġi promossa: fil-kuntest tal-approċċ enerġetiku għas-sigurtà tal-provvista, mhumiex il-pipelines tal-gass kbar vulnerabbli li għandhom jiġu prijoritizzati. |
3. Potenzjal li l-governanza eżistenti titjieb permezz tas-soċjetà ċivili
3.1. |
Fis-settur tal-enerġija, kif kien jidher reċentement fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (TEN/562, TEN/570, eċċ.), il-governanza hija essenzjali sabiex ikun hemm l-għażliet tal-enerġija, il-koordinazzjoni tal-investimenti, inkluż fil-qasam tal-infrastrutturi, l-implimentazzjoni tas-solidarjetà bejn l-Istati jew id-definizzjoni tar-rwol u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati differenti, u b’mod partikolari s-soċjetà ċivili (is-sħab soċjali, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet ambjentali, eċċ.). |
3.2. |
F’ħafna modi, is-sisien ta’ din il-governanza ilhom jeżistu sa mill-ħolqien f’Lulju 2006 tal-“Komunità tal-Enerġija,” li tinkludi lill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Kosovo, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja). Fl-2010, il-Moldova ngħaqdet mal-Komunità tal-Enerġija, segwita mill-Ukrajna fl-2011. Il-Georgia hija kandidata għall-adeżjoni. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota l-kwalità ta’ osservaturi tan-Norveġja u l-Armenja, iżda wkoll u b’mod speċjali tat-Turkija. |
3.3. |
It-trattat għandu l-għan li jestendi s-suq intern tal-UE lejn l-Ewropa tax-Xlokk u lil hinn minnha. Dan jimmira li:
|
3.4. |
Għandu jiġi nnotat li jekk l-intenzjonijiet huma tajbin, il-progressi matul dawn l-aħħar snin huma pjuttost limitati. |
Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni tal-aspetti soċjali tal-acquis rigward l-enerġija, li jinsabu fit-Trattat, hija verament limitata ħafna. Dimensjoni soċjali (jew soċjetali) ikbar mhijiex indirizzata, li ma jippermettix l-adeżjoni tas-soċjetà ċivili fid-diskussjonijiet u l-azzjonijiet tal-Komunità tal-Enerġija. In-nuqqas ta’ netwerks ta’ organizzazzjonijiet strutturati f’dan il-qasam ixekkel id-djalogu u d-dibattitu.
3.4.1. |
Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn l-UE u l-Istati Membri tal-Komunità tal-Enerġija m’għandhomx jiġu kkunsidrati, kif previst fil-proċess tal-Unjoni tal-Enerġija propost mill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan, il-KESE għandu jkun element kostituttiv ta’ dan it-tkabbir ta’ proċeduri, permezz tal-integrazzjoni, fid-djalogu Ewropew dwar l-enerġija, tas-sitwazzjoni tal-enerġija fis-sens wiesa’ ta’ dan ir-reġjun. |
3.4.2. |
L-adozzjoni tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija u l-integrazzjoni fis-suq intern ifissru bidla sinifikanti fil-prattiki tar-reġjun fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija, li għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż reali u ma għandhomx ikunu bbażati fuq politika “sussidjata” tal-prezzijiet. |
3.4.3. |
L-istrutturi implimentati mis-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir, bħall-Kumitati Konsultattivi Konġunti (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja – fejn għalissa għadhom mhux operattivi, il-Montenegro u s-Serbja li huma kandidati li nedew in-negozjati u li l-kumitati tagħhom huma attivi) u l-Kumitat ta’ Monitoraġġ għall-Balkani tal-Punent jistgħu jintużaw għal dan il-għan. |
4. Potenzjal fiżiku għal taħlita ġdida tal-enerġija
4.1. |
Aħna rajna l-ħtieġa li jissaħħu l-interkonnessjonijiet elettriċi fi ħdan ir-reġjun, iżda wkoll dawk esterni u għall-barra, kif ukoll ir-rotot tal-provvista, b’mod partikolari tal-gass naturali, u, forsi, li jinħoloq terminal tal-LNG. Dan, li ovvjament jitqiegħed fuq il-parti Adrijatika tar-reġjun, ikun komuni għall-Istati tar-reġjun, jew għall-inqas għall-maġġoranza tagħhom, u jippermetti t-trasport tal-LNG mill-fornituri l-aktar imbiegħda u, aktar tard mill-produtturi tal-Mediterran tal-Lvant (il-pjanċa ta’ Ċipru). |
4.1.1. |
L-iffirmar reċenti (10 ta’ Lulju 2015), fil-qafas tal-konnessjoni tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC), ta’ Protokoll għall-Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Albanija, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Ukrajna, għandu jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni tal-provvista ta’ gass naturali u l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun. Il-KESE jitlob il-parteċipazzjoni tal-Montenegro f’dan il-Ftehim. |
4.2. |
It-taħlita tal-enerġija reġjonali hija fil-fatt żbilanċjata; m’hemm l-ebda suq reali, l-istruttura tat-taħlita tvarja minn pajjiż għall-ieħor u l-prezzijiet huma kważi dejjem regolati u ta’ spiss miżmuma għal livell artifiċjalment baxx, li la jinkoraġġixxi l-effiċjenza tal-enerġija u lanqas l-investiment fis-sorsi diversifikati. |
4.3. |
Fil-fatt, il-faħam jirrappreżenta kważi 50 % tal-enerġija kkonsmata globalment, iż-żejt u l-prodotti taż-żejt aktar minn 30 %, filwaqt li l-gass jirrappreżenta madwar 10 % “biss”. Il-produzzjoni mill-iskart u l-bijokarburanti qed tiżdied, iżda ma għandhiex pjan tassew miftiehem. |
4.4. |
Skont bosta sorsi (l-AIE, r-REN) u studji ta’ evalwazzjoni, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom potenzjal kbir għall-enerġija rinnovabbli, li għandu jkun mobilizzat u għandu jibbenefika mill-investimenti sabiex il-pajjiżi jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-“qafas ta’ politika tal-Unjoni Ewropea għall-klima u l-enerġija għall-2030”:
|
4.4.1. |
Dawn il-prospetti għandhom jiġu evalwati f’termini ta’ investiment ikkoordinat, iżda speċjalment f’termini ta’ opportunitajiet biex jiġu żviluppati attivitajiet u jinħolqu l-impjiegi, b’mod partikolari fit-teknoloġiji l-ġodda tal-enerġija (green jobs), u jiġi solvut il-faqar enerġetiku. Il-Komunità tal-Enerġija għandha tintuża għall-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet b’referenza partikolari għall-BEI. |
4.4.2. |
Il-“faċilitajiet tas-soċjetà ċivili” previsti fil-proċess ta’ adeżjoni għandhom jaqdu l-proġetti proposti fir-rigward tal-enerġija ċivika (proġetti ta’ assoċjazzjonijiet, kooperattivi, ONGs, eċċ.). |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2015.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS