Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja C2016/015/05

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7905 — Hammerson/Allianz Group/Dundrum Town Centre) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 15, 16.1.2016, s. 13—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/13


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7905 — Hammerson/Allianz Group/Dundrum Town Centre)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 15/05)

    1.

    Fit-8 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Hammerson plc (“Hammerson”, ir-Renju Unit) u Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Dundrum Town Centre u assi ta’ proprjetà immobbli relatati (l-“Assi ta’ Dundrum”) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Hammerson: l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli, sjieda u mmaniġġar ta’ ċentri tax-xiri u parks li jbigħu bl-imnut primarjament fir-Renju Unit u Franza,

    —   għal Allianz: toffri firxa komprensiva ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ assi u servizzi kemm lil klijenti privati kif ukoll korporattivi f’aktar minn 70 pajjiż, bl-akbar operazzjonijiet fl-Ewropa,

    —   l-Assi ta’ Dundrum: jikkonsistu f’Dundrum Town Centre u l-proġetti Dundrum Phase II u Village, it-tnejn jinsabu f’Dublin, l-Irlanda.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-Kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7905 — Hammerson/Allianz Group/Dundrum Town Centre, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Alkuun