Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0115(01)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2016 dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

    ĠU C 12, 15.1.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

    15.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 12/2


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta’ Jannar 2016

    dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

    (2016/C 12/02)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta' Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta' Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (“ESAC”) huwa magħmul minn 24 membru.

    (2)

    Skont l-Artikolu 4(1) (a) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, il-Kummissjoni għandha taħtar 12-il membru.

    (3)

    L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni lista ta’ kandidati bi kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika.

    (4)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/C 138/02 (2), il-Kummissjoni ħatret tmien membri tal-ESAC u stabbiliet lista ta' riserva li trid tintuża jekk membru maħtur jirriżenja jew għal xi raġuni mhux mistennija, ikun indispost.

    (5)

    Il-Kummissjoni għandha taħtar l-erba’ membri li għad fadal, wara li tkun ikkonsultat kif imiss lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (6)

    Fil-ħatra ta’ dawn l-erba’ Membri, il-Kummissjoni pprovat tiżgura li huma jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lir-rispondenti u lil partijiet ikkonċernati oħra fl-istatistika Ewropea.

    (7)

    Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta’ riserva li trid tintuża f’każ li membru maħtur jirriżenja jew għal xi raġuni mhux mistennija, ikun indispost.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni li ġejjin jinħatru bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal mandat ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016:

     

    Is-Sinjura Ariane KÖNIG

     

    Is-Sur David HAND

     

    Is-Sinjura Biruta SLOKA

     

    Is-Sur Claudiu HERTELIU.

    Artikolu 2

    Il-persuni li ġejjin jiġu inklużi fil-lista ta’ riserva:

     

    Is-Sur Ian Philip CASSAR

     

    Is-Sur Marcel RÉMON

     

    Is-Sur Eskil WADENSJÖ

     

    Is-Sur Jan FISCHER.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Marianne THYSSEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/C 138/02 tal-5 ta’ Mejju 2014 li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ĠU C 138, 8.5.2014, p. 2).


    Top