EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document C2016/006/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7799 — Schlumberger/Cameron) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 6, 9.1.2016, p. 3-3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7799 — Schlumberger/Cameron)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 6/03)

1.

Fit-23 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Rain Merger Sub LLC (tal-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Schlumberger Holdings Corporation tal-Istati Uniti tal-Amerika (“Schlumberger”) tidħol f’għaqda sħiħa skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Cameron International Corporation tal-Istati Uniti tal-Amerika (“Cameron”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Schlumberger tipprovdi prodotti marbuta mal-bjar taż-żejt u servizzi li jipprovdu t-teknoloġija, is-soluzzjonijiet informatiċi, u l-ġestjoni integrata tal-proġetti għall-klijenti taż-żejt u tal-gass.

Cameron tipprovdi sistemi ta’ tħaffir u tal-produzzjoni, valvi u sistemi ta’ kejl, u sistemi tal-ipproċessar topside li jintużaw mill-industriji taż-żejt, tal-gass u tal-ipproċessar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7799 — Schlumberger/Cameron, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Sus