Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/437/08

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 437, 29.12.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/7


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 437/08)

    1.

    Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proporsta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża 9121-2738 Québec Inc., bażikament ikkontrollata minn Alimentation Couche-Tard Inc. (“ACT” tal-Kanada) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontrolt tal-impriżi Topaz Energy Group Limited (“Topaz” tal-Irlanda), Resource Property Investment Fund Plc. (“RPIF” tal-Irlanda) u Esso Ireland Limited (“Esso Ireland” tal-Irlanda) kollha kemm huma permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    ACT hija operatur internazzjonali ta’ convenience store attiva fiż-ŻEE permezz tan-netwerk tagħha ta’ stazzjonijiet tal-petrol fin-Norveġja, l-Isvezja, id-Danimarka, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja;

    Topaz hija attiva fil-provvista mhux bl-imut u bl-imnut ta’ fjuwil tal-karozzi, lubrikanti, żejt għat-tisħin u fjuwil tal-avjazzjoni fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq;

    RPIF għandha investimenti f’għadd ta’ proprjetajiet ta’ Topaz fosthom stazzjonijiet ta’ servizzi u depots;

    Esso Ireland hija ttiva fil-provvista mhux bl-imnut u bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt fl-Irlanda.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top