Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC1229(01)

    L-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttawwal il-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 fl-akkwakultura organika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008

    ĠU C 437, 29.12.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/5


    L-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttawwal il-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 fl-akkwakultura organika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008

    (2015/C 437/06)

    1.

    Skont l-Artikoli 25e(3) u 25o(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (1), il-persentaġġ massimu ta’ frieħ u żerriegħa minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi introdotti fl-azjenda għandu jkun 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    2.

    L-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-informazzjoni disponibbli kienet diġà indikat li s-settur tal-akkwakultura organika jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit. Madankollu, informazzjoni ġdida li waslet dan l-aħħar mingħand l-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati tissuġġerixxi li l-frieħ organiċi u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra, illum mhumiex fi kwantitajiet biżżejjed u li s-settur tal-akkwakultura organika kieku jkollha d-diffikultajiet biex tiżgura l-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura organika. Għalhekk, il-Kummissjoni tixtieq tinforma lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li qed tħejji Regolament tal-Kummissjoni biex jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li se jipposponi l-applikazzjoni tal-persentaġġ ta’ 0 % li hemm stipulat fl-Artikolu 25e(3) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 b’sena. Għaldaqstant, iż-0 % jibda japplika biss mill-31 ta’ Diċembru 2016.

    Din l-estensjoni tal-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi mill-imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 għandha tevita li jkun hemm interruzzjoni tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika fl-Unjoni, u tagħti iktar ħin lis-suq għall-frieħ u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi biex ikompli jiżviluppa.

    3.

    Ir-Regolament li qed jitħejja għandu jiġi nnotifikat l-ewwel lill-membri l-oħra tad-WTO skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ. Ladarba tkun tlestiet din il-proċedura ta’ notifika, l-abbozz tar-Regolament jitressaq, skont l-Artikoli 15(2) u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), lill-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika għall-opinjoni tiegħu. Dan isir wara l-1 ta’ Jannar 2016. Għalhekk, huwa ppjanat li l-modifika tal-Artikoli 25e(3) u 25o(1) tiġi applikata retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2016. Dan għandu jippermetti lill-operaturi, ladarba jkun adottat dan ir-Regolament, biex ibiegħu l-annimali tal-akkwakultura bħala organiċi sakemm ikunu rrispettaw ir-rekwiżit tal-50 % stipulat fl-Artikolu 25e(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

    Madankollu, din il-modifika hija soġġetta għall-vot pożittiv tal-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika u l-adozzjoni sussegwenti mill-Kummissjoni.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91(ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).


    Top