Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0571

    Kawża T-571/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY MARKET)

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/37


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY MARKET)

    (Kawża T-571/15)

    (2015/C 406/37)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: International Supermarket Stores (ISMS) SA (Croix, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIMBO BEL SIMPLY MARKET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 3 35  321

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/07/2015 fil-Każ R 1297/2014-4

    Talbiet

    temenda d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015 skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009, li jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 35  321 fl-intier tiegħu;

    sussidjarjament u fil-każ biss li t-talba ta’ hawn fuq tiġi miċħuda, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(5), 42(2)(3), u 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top