Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0531

    Kawża T-531/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Coveris Rigid (Auneau) France vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/34


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Coveris Rigid (Auneau) France vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-531/15)

    (2015/C 406/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Titze, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jistabbilixxi li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipat, matul il-perijodu indikat fl-Artikolu 1(5)(d) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fi ksur uniku u kontinwat li jikkonstisti f’diversi istanzi ta’ ksur fis-settur tat-tilari tal-ġablow li jservu bħala imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut li jkopri t-territorju Franċiż; u

    tannulla l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jimponi multa ta’ EUR 4 7 56  000 fuq ir-rikorrenti; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali billi żammet lil Coveris responsabbli għall-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwat fis-settur tat-tilari tal-ġablow għall-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut fi Franza. Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża kienu jiġġustifikaw approċċ ħolistiku fir-rigward taż-żewġ partijiet ta’ xiri mill-ġdid ta’ ONO Packaging mill-impjegati tagħha jew, sussidjarjament, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika fir-rigward tal-parti ta’ ċessjoni tal-attivi tat-tranżazzjoni. Abbażi ta’ dan, Coveris ma setgħetx tinżamm responsabbli għall-ksur allegat.

    2.

    It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi adoperat distinzjoni bejn, minn naħa, il-parti taċ-ċessjoni tal-attivi tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha ta’ ONO Packaging u l-parti taċ-ċessjoni ta’ azzjonijiet tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati ta’ ONO Packaging u billi iddividiet konsegwentement ir-responsabbiltà bejn l-entitajiet legali (jiġifieri Coveris u ONO Packaging Portugal) li jippartjenu lil impriżi differenti meta attribwiet ir-responsabbiltà tal-ksur allegat imwettaq mill-istess impriża waħda li baqgħet intatta wara x-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha.


    Top