EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/321/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 321, 29.9.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 321/05)

1.

Fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Antofagasta PLC (“Antofagasta”, ir-Renju Unit) u Barrick Gold Corporation (“Barrick”, il-Kanada) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Compañía Minera Zaldívar SpA (“Zaldívar SpA”, iċ-Ċilì), li bħalissa tappartjeni kompletament lil Barrick, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Antofagasta: grupp tat-tħaffir tal-minjieri li jopera fi tliet minjieri tar-ram li jinsabu fiċ-Ċilì, bi tnejn minnhom jipproduċu prodotti sekondarji bħalma huwa d-deheb, il-fidda u l-molybdenum,

—   għal Barrick: grupp tat-tħaffir tal-minjieri li jopera f’16-il minjiera madwar id-dinja, b’ħafna minnhom iffukati fuq il-produzzjoni tad-deheb bl-eċċezzjoni ta’ żewġ minjieri tar-ram; il-grupp għandu wkoll interess maġġoritarju fl-Acacia Mining plc, li tħaddem tliet minjieri tad-deheb fl-Afrika,

—   għal Zaldívar SpA: kumpanija mwaqqfa ġdida li se topera l-minjiera f’Zaldívar fiċ-Ċilì, minjiera fil-miftuħ (open-pit heap-leach) li tipproduċi r-ram, u bħalissa hija indirettament proprjetà ta’ Barrick.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top